Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Mejju 2014 – Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-511/10) 1

[“Aċċess għad-dokumenti – Regolament (KE) Nru 1049/2001 – Talbiet għal kwotazzjoni – Rifjut ta’ aċċess – Sostituzzjoni tal-att ikkontestat fil-mori tal-kawża – Nuqqas ta’ tibdil tat-talbiet għal annullament – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: N. Korogiannakis u M. Dermitzakis, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Costa de Oliveira, E. Manhaeve u C. ten Dam, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni Ares(2010)508190 tal-Kummissjoni, tat-12 ta’ Awwissu 2010, li tirrifjuta l-aċċess għal talbiet għal kwotazzjoni mressqa fil-kuntest ta’ ċerti oqsfa ta’ kuntratti mmexxija mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.DispożittivMa hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE u l-Kummissjoni Ewropea huma kkundannati għall-ispejjeż tagħhom.