Language of document :

Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta' Diċembru 2010 - Uspaskich vs Il-Parlament

(Kawża T-507/10 R)

"Proċeduri għal miżuri provviżorji - Tneħħija tal-immunità ta' membru tal-Parlament Ewropew - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni"

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Partijiet

Rikorrent: Viktor Uspaskich (Kėdainiai, il-Litwanja) (rappreżentant: V. Sviderskis, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: N. Lorenz, A. Pospíšilová Padowska u L. Mašalaite, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tar-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Settembru 2010, dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità tar-rikorrent.

Dispożittiv

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

L-ispejjeż huma rriżervati.

____________