Language of document : ECLI:EU:T:2015:1000





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tas-17 ta’ Diċembru 2015 – L‑Italja vs Il‑Kummissjoni

(Kawża T‑275/13)

“Sistema lingwistika – Avviż ta’ kompetizzjonijiet ġenerali għar-reklutaġġ ta’ amministraturi – Għażla tat-tieni lingwa fost tliet lingwi – Lingwa ta’ komunikazzjoni mal-kandidati għall-kompetizzjonijiet – Regolament Nru 1 – Artikolu 1d(1), l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 27 u Artikolu 28(f) tar-Regolamenti tal-Persunal – Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni – Proporzjonalità”

1.                     L-Unjoni Ewropea – Sistema lingwistika – Regolament Nru 1 – Kamp ta’ applikazzjoni – Relazzjonijiet bejn l-istituzzjonijiet u l-persunal tagħhom – Inklużjoni fl-assenza ta’ dispożizzjonijiet regolamentari speċjali (Regolament tal-Kunsill Nru 1) (ara l-punt 40)

2.                     Uffiċjali – Kompetizzjoni – Żvolġiment ta’ kompetizzjoni ġenerali – Lingwi ta’ komunikazzjoni bejn l-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) u l-kandidati – Limitazzjoni – Inammissibbiltà (Regolamenti tal-Persunal, Anness III, Artikolu 1(2); Regolament tal-Kunsill Nru 1, Artikolu 2) (ara l-punti 44-47)

3.                     Uffiċjali – Kompetizzjoni – Organizzazzjoni – Kundizzjonijiet għall-ammissjoni u modalitajiet – Setgħa diskrezzjonali tal-Awtorità tal-Ħatra – Limiti – Osservanza tas-sistema lingwistika stabbilita permezz tar-Regolament Nru 1 (Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 2; Regolament tal-Kunsill Nru 1, Artikolu 2) (ara l-punti 51-53, 87)

4.                     Rikors għal annullament – Motivi – Nuqqas jew insuffiċjenza ta’ motivazzjoni – Distinzjoni mill-iżball manifest ta’ evalwazzjoni (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE u Artikolu 296 TFUE) (ara l-punt 65)

5.                     Uffiċjali – Kompetizzjoni – Żvolġiment ta’ kompetizzjoni ġenerali – Lingwi ta’ parteċipazzjoni fl-eżamijiet – Limitazzjoni tal-għażla tat-tieni lingwa – Diskriminazzjoni bbażata fuq il-lingwa – Ġustifikazzjoni bbażata fuq il-ħtieġa li jintgħażel numru limitat ta’ lingwi ta’ komunikazzjoni interna – Inammissibbiltà (Regolamenti tal-Persunal, Artikoli 1d u 28(f), u Anness III, Artikolu 1(1)(f); Regolament tal-Kunsill Nru 1, Artikolu 1) (ara l-punti 70, 71, 76, 77, 86, 100, 118, 129)

6.                     Uffiċjali – Kompetizzjoni – Żvolġiment ta’ kompetizzjoni ġenerali – Lingwi ta’ parteċipazzjoni fl-eżamijiet – Ugwaljanza fit-trattament – Stħarriġ ġudizzjarju – Portatat (Regolamenti tal-Persunal, Artikoli 1d u 28(f), u Anness III, Artikolu 1(1)(f); Regolament tal-Kunsill Nru 1, Artikolu 1) (ara l-punti 88, 89)

7.                     Rikorsi tal-uffiċjali – Sentenza ta’ annullament – Effetti – Annullament ta’ avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali – Aspettattivi leġittimi tal-kandidati magħżula – Assenza ta’ kontestazzjoni tar-riżultati tal-kompetizzjoni (Artikolu 266 TFUE; Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 91) (ara l-punt 133)

Suġġett

Talba għall-annullament tal-avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/249/13, sabiex jinħolqu żewġ listi ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ amministraturi, maħsuba biex jimtlew xi postijiet vakanti fl-oqsma tal-makroekonomija u tal-ekonomija finanzjarja (ĠU 2013, C 75 A, p. 1).

Dispożittiv

1)

L-avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/249/13, sabiex jinħolqu żewġ listi ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ amministraturi, maħsuba biex jimtlew xi postijiet vakanti fl-oqsma tal-makroekonomija u tal-ekonomija finanzjarja, huwa annullat.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mir-Repubblika Taljana.

3)

Ir-Renju ta’ Spanja u r-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom marbuta mal-interventi tagħhom.