Language of document : ECLI:EU:T:2015:938





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tal-4 ta’ Diċembru 2015 –
Emadi vs Il‑Kunsill

(Kawża T‑274/13)

“Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet fir-rigward tas-sitwazzjoni fl-Iran – Iffriżar ta’ fondi – Restrizzjonijiet ta’ dħul u ta’ passaġġ fi tranżitu fit-territorju tal-Unjoni – Bażi legali – Obbligu ta’ motivazzjoni – Dritt għal smigħ – Żball ta’ evalwazzjoni – Ne bis in idem – Libertà ta’ espressjoni – Libertà tal-midja – Libertà professjonali – Moviment liberu – Dritt għall-proprjetà”

1.                     Proċedura ġudizzjarja – Rikors promotur – Rekwiżiti proċedurali – Identifikazzjoni tas-suġġett tat-tilwima – Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati – Rekwiżiti analogi għall-ilmenti invokati insostenn ta’ motiv (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 21, u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali (1991), Artikolu 44(1)(ċ) u (d)) (ara l-punti 45, 46, 128, 177)

2.                     Proċedura ġudizzjarja – Rikors promotur – Talbiet – Modifika fil-mori tal-kawża – Kundizzjoni (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali (1991), Artikolu 48(2)) (ara l-punt 53)

3.                     Rikors għal annullament – Termini – Bidu tad-dekorrenza – Att li jwassal għal miżuri restrittivi fir-rigward ta’ persuna jew ta’ entità – Att ippubblikat u kkomunikat lid-destinatarji – Data ta’ komunikazzjoni tal-att – Kommunikazzjoni lill-persuna kkonċernata permezz ta’ pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea – Ammissibbiltà – Kundizzjonijiet – Impossibbiltà għall-Kunsill li jipproċedi b’notifika (ir-raba’ u s-sitt paragrafi tal-Artikolu 263 TFUE u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 275 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali (1991), Artikolu 102(1); Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/205/PESK; Regolament tal-Kunsill Nru 371/2014) (ara l-punti 52, 54-57, 60, 61)

4.                     Rikors għal annullament – Termini – Bidu tad-dekorrenza – Notifika – Kunċett – Notifika lir-rappreżentant tar-rikorrent – Kundizzjoni (is-sitt paragrafu tal Artikolu 263 TFUE) (ara l-punti 63, 64)

5.                     Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Miżuri restrittivi kontra l-Iran – Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet jew organi li jipparteċipaw fi jew li jsostnu l-proliferazzjoni nukleari – Rekwiżiti minimi (Artikolu 296 TFUE; Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2013/124/PESK u 2014/205/PESK; Regolamenti tal-Kunsill Nru 206/2013 u Nru 371/2014) (ara l-punti 79-84)

6.                     Rikors għal annullament – Motivi – Nuqqas jew insuffiċjenza ta’ motivazzjoni – Motiv distint minn dak li jirrigwarda l-legalità fil-mertu (Artikoli 263 TFUE u 296 TFUE) (ara l-punti 85, 86)

7.                     Unjoni Ewropea – Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità tal-atti tal-istituzzjonijiet – Miżuri restrittivi kontra l-Iran – Miżuri meħuda fil-kuntest tal-ġlieda kontra l-proliferazzjoni nukleari – Portata tal-istħarriġ (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 275 TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikoli 41(2) u 47; Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/124/PESK; Regolament tal-Kunsill Nru 206/2013) (ara l-punti 99-102, 135-138, 155)

8.                     Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Drittijiet tad-difiża – Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Miżuri restrittivi kontra l-Iran – Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet jew organi li jipparteċipaw fi jew li jsostnu l-proliferazzjoni nukleari – Dritt għal smigħ qabel l-adozzjoni ta’ tali miżuri – Assenza (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 275 TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikoli 41(2) u 47; Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/124/PESK; Regolament tal-Kunsill Nru 206/2013) (ara l-punt 104)

9.                     Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi kontra l-Iran – Bażi legali – Miżuri restrittivi previsti permezz ta’ deċiżjoni adottata abbażi tal-Artikolu 29 TUE u permezz ta’ regolament ibbażat fuq l-Artikolu 215 TFUE (Artikoli 21(2), 23 u 29 TUE; Artikoli 205 TFUE u 215(2) TFUE; Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2011/235/PESK, 2013/124/PESK u 2014/205/PESK; Regolamenti tal-Kunsill Nru 359/2011, Nru 206/2013 u Nru 371/2014) (ara l-punti 110-118, 126)

10.                     Proċedura ġudizzjarja – Tressiq ta’ motivi ġodda fil-mori tal-kawża – Motiv imqajjem għall-ewwel darba fl-istadju tar-replika – Inammissibbiltà (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali Artikoli 44(1)(ċ) u 48(2)) (ara l-punt 129)

11.                     Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi kontra l-Iran – Inklużjoni tad-direttur ta’ kumpannija fil-lista ta’ persuni u entitajiet li huma suġġetti għall-iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi – Inklużjoni bbażata fuq deċiżjoni preċedenti ta’ awtorità nazzjonali regolatorja u tal-kompetizzjoni indipendenti fis-settur tal-komunikazzjoni li timponi multa fuq il-kumpannija – Assenza ta’ identità ta’ min wettaq il-ksur – Assenza ta’ identità tal-interess ġuridiku – Ksur tal-prinċipju ta’ ne bis in idem – Assenza (Karta tad-Drittijiet Fundamentali, Artikolu 50; Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2013/124/PESK u 2014/205/PESK; Regolamenti tal-Kunsill Nru 206/2013 u Nru 371/2014) (ara l-punti 168-173)

12.                     Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi kontra l-Iran – Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet jew organi li jipparteċipaw fi jew li jsostnu l-proliferazzjoni nukleari – Restrizzjoni tad-dritt għal-libertà ta’ espressjoni u għal-libertà professjonali – Restrizzjoni tad-dritt għall‑proprjetà – Ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità – Assenza (Karta tad-Drittijiet Fundamentali, Artikoli 11, 17(1) u 52(1); Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2011/235/PESK, 2013/124/PESK, u 2014/205/PESK; Regolamenti tal-Kunsill Nru 359/2011, Nru 206/2013, u Nru 371/2014) (ara l-punti 187-202, 208-212)

13.                     Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi kontra l-Iran – Projbizzjoni ta’ dħul u ta’ passaġġ kif ukoll iffriżar tal-fondi ta’ ċerti persuni u entitajiet li jipparteċipaw fi jew li jsostnu l-proliferazzjoni nukleari – Restrizzjoni tal-moviment liberu fl-Unjoni – Ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità – Assenza (Artikolu 29 TUE; Artikolu 21(1) TFUE; Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2011/235/PESK, 2013/124/PESK, u 2014/205/PESK; Regolamenti tal-Kunsill Nru 359/2011, Nru 206/2013, u Nru 371/2014) (ara l-punti 204-206)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali, l-ewwel nett, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/124/PESK, tal-11 ta’ Marzu 2013, li temenda d-Deċiżjoni 2011/235/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran (ĠU L 68, p. 57), it-tieni nett tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 206/2013, tal-11 ta’ Marzu 2013, li jimplimenta l-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) Nru 359/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran (ĠU L 68, p. 9), it-tielet nett, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/205/PESK, tal-10 ta’ April 2014, li temenda d-Deċiżjoni 2011/235/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran (ĠU L 109, p. 25), ir-raba’ nett, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 371/2014, tal-10 ta’ April 2014, li jimplimenta l-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) Nru 359/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran (ĠU L 109, p. 9), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrent.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Kenzo Hamid Reza Emadi għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk esposti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

3)

Stiftung Organisation Justice for Iran għandha tbati l-ispejjeż tagħha.