Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-13 ta' April 2011 - Chaouch vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-30/09) 

"Servizz pubbliku - Remunerazzjoni - Allowance tal-installazzjoni - Stabbiliment tad-drittijiet - Bidu tas-servizz bħala uffiċjal bi prova - Teħid inkunsiderazzjoni ta' bidla ta' residenza wara l-kuntratt permanenti - Obbligu tar-residenza ta' uffiċjal skont l-Artikolu 20 tar-Regolamenti tal-Persunal"

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Dhikra Chaouch (Oetrange, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: F. Moyse u A. Salerno, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Martin u J. Baquero Cruz, aġenti)

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li ma tagħtix lir-rikorrenti l-allowance tal-installazzjoni.

Dispożittiv

Ir-rikors ta' D. Chaouch huwa miċħud.

D. Chaouch tbati l-ispejjeż kollha.

____________

1 - ĠU C 129, 6.6.2009, p. 21