Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-19 ta’ Settembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation – Il-Belġju) – Martin y Paz Diffusion SA vs David Depuydt, Fabriek van Maroquinerie Gauquie NV

(Kawża C-661/11) 1

(Trade marks – Direttiva 89/104/KEE – Artikolu 5 – Kunsens tal-proprjetarju ta’ trade mark għall-użu, minn terz, ta’ sinjal identiku għal tali trade mark – Kunsens mogħti fil-kuntest ta’ użu kondiviż – Possibbiltà għall-imsemmi proprjetarju li jtemm l-użu kondiviż u li jikseb mill-ġdid l-użu esklużiv tat-trade mark tiegħu)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Martin y Paz Diffusion SA

Konvenuti: David Depuydt, Fabriek van Maroquinerie Gauquie NV

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari - Cour de cassation - Interpretazzjoni tal-Artikoli 5(1) u 8(1) tal-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1988, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 92) - Drittijiet tal-proprjetarju ta’ trade mark irreġistrata fil-każ ta’ qsim sostenibbli tal-użu tat-trade mark ma’ terz fil-kuntest ta’ forma ta’ koproprjetà għal parti mill-prodotti koperti u ta’ kunsens irrevokabbli mogħti mill-proprjetarju lil dan it-terz għall-użu tal-imsemmija trade mark - Regola nazzjonali li tipprojbixxi lill-proprjetarju tat-trade mark milli jeżerċità d-dritt tiegħu b’mod ħażin jew abbużiv - Projbizzjoni ta’ użu tat-trade mark mill-proprjetarju għad-detriment tat-terz - SanzjoniDispożittivL-Artikolu 5 tal-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1988, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade mark, kif emendata bil-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, tat-2 ta’ Mejju 1992, jipprekludi li proprjetarju ta’ trade marks li, fil-kuntest ta’ użu kondiviż ma’ terz, kien ta l-kunsens tiegħu għall-użu minn dan it-terz ta’ sinjali identiċi għat-trade marks tiegħu għal ċerti prodotti fil-klassijiet li għalihom huma rreġistrati dawn it-trade marks, u li ma jagħt

ix iktar il-

kunsens tiegħu, jiċċaħħad minn kull possibbiltà li jinvoka d-dritt esklużiv mogħti lilu mill-imsemmija trade marks lill-imsemmi terz u li jeżerċita huwa stess dan id-dritt esklużiv għal prodotti identiċi għal dawk tal-istess terz.