Rikors ippreżentat fid-29 ta' Lulju 2008 - Nart Nijs vs Il-Qorti ta' l-Awdituri
(Kawża F-64/08)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Nart Nijs (Bereldange, il-Lussemburgu) (rappreżentant: F. Rollinger u A. Hertzog, avukati)
Konvenuta: Il-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri
Suġġett
L-annullament tad-deċiżjoni tal-Qorti ta' l-Awdituri li tinnomina l-evalwatur u l-validatur tar-rikorrent u t-talba għal kumpens għad-dannu subit wara l-adozzjoni ta' din id-deċiżjoni.
Talbiet tar-rikorrent
tannulla d-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Qorti ta' l-Awdituri li tinnomina d-Direttur tat-Traduzzjoni bħala evalwatur tar-rikorrent u li jkun huwa stess il-validatur tiegħu;
tikkundanna lill-Qorti ta' l-Awdituri għall-kumpens għad-dannu morali subit mir-rikorrent sa l-ammont ta' EUR 25 000;
tikkundanna lill-Qorti ta' l-Awdituri għall-ispejjeż.
____________