Language of document :

Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat- 8 ta' Lulju 2009 - Sevenier vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-62/08)1

("Servizz pubbliku - Uffiċjali - Tmiem definittiv tal-funzjonijiet - Riżenja - Talba għall-irtirar)

Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Roberto Sevenier (Pariġi, Franza) (rappreżentant: É. Boigelot, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall u D. Martin, aġenti)

Suġġett tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad it-talba tar-rikorrent għall-irtirar tar-riżenja tiegħu u sabiex il-każ tiegħu jitressaq quddiem il-Kumitat tal-Invalidità u, għaldaqstant, it-talba għar-reintegrazzjoni tar-rikorrent fi ħdan il-Kummissjoni Ewropea bil-kostituzzjoni mill-ġdid tal-karriera mid-data tar-riżenja tiegħu.

Dispożittiv tad-digriet

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

R. Sevenier huwa kkundannat għall-ispejjeż.

3)    Mhemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talba għal intervent.

4)    Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż tiegħu relatati mat-talba għal intervent.

____________

1 - ĠU C 247, 27.09.2008 p. 25.