Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesgericht Wiener Neustadt (l-Awstrija) fit-2 ta’ Settembru 2015 – Admiral Casinos & Entertainment AG vs Balamatic Handelsgesellschaft m.b.H et

(Kawża C-464/15)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landesgericht Wiener Neustadt

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Admiral Casinos & Entertainment AG

Konvenuti: Balamatic Handelsgesellschaft m.b.H, Robert Schnitzer, Suayip Polat KG, Ülkü Polat, Attila Juhas, Milazim Rexha

Domanda preliminari

L-Artikolu 56 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li, fl-istħarriġ tal-proporzjonalità ta’ regola nazzjonali li tipprevedi monopolju fis-suq tal-logħob tal-ażżard, wieħed għandu jibbaża ruħu, sabiex jevalwa l-legalità tal-imsemmija regola skont id-dritt tal-Unjoni, mhux biss fuq l-għan tagħha, iżda wkoll fuq l-effetti tagħha, li għandhom jiġi kkonstatati empirikament u b’ċertezza?

____________