Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-30 ta’ Ġunju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landesgericht Wiener Neustadt - l-Awstrija) – Admiral Casinos & Entertainment AG vs Balmatic Handelsgesellschaft mbH et

(Kawża C-464/15) 1

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 56 TFUE – Libertà li jiġu pprovduti servizzi – Logħob tal-ażżard – Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprojbixxi, taħt piena ta’ sanzjonijiet kriminali, l-operazzjoni ta’ magni tal-logħob b’rebħ limitat (kleines Glücksspiel) fin-nuqqas ta’ permess maħruġ mill-awtorità kompetenti – Restrizzjoni – Ġustifikazzjoni – Proporzjonalità – Evalwazzjoni tal-proporzjonalità abbażi kemm tal-għan tal-leġiżlazzjoni fil-mument tal-adozzjoni tagħha kif ukoll tal-effetti tagħha waqt l-implementazzjoni tagħha – Effetti kkonstatati empirikament b’ċertezza)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landesgericht Wiener Neustadt

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Admiral Casinos & Entertainment AG

Konvenuti: Balmatic Handelsgesellschaft mbH, Robert Schnitzer, Suayip Polat KG, Ülkü Polat, Attila Juhas, Milazim Rexha

Dispożittiv

L-Artikolu 56 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li, matul l-istħarriġ tal-proporzjonalità ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali restrittiva fil-qasam tal-logħob tal-ażżard, il-qorti ma għandhiex tibbaża ruħha biss fuq l-għan ta’ din il-leġiżlazzjoni, kif jidher fil-mument tal-adozzjoni tagħha, iżda wkoll fuq l-effetti tal-imsemmija leġiżlazzjoni, evalwati sussegwentement għall-adozzjoni tagħha.

____________

1 ĠU C 398, 30.11.2015