Language of document : ECLI:EU:T:2014:565





Digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Ġunju 2014 – Kadhaf Al Dam vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni

(Kawża T‑348/13)

“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda minħabba s-sitwazzjoni fil-Libja – Iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi – Inammissibbiltà”

Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Kundizzjonijiet – Illegalità – Dannu – Rabta kawżali – Kundizzjonijiet kumulattivi – Assenza ta’ waħda mill-kundizzjonijiet – Ċaħda tar-rikors għad-danni kollu kemm hu (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE) (ara l-punti 16-20)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/137/PESK, tat-28 ta’ Frar 2011, dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja (ĠU L 58, p. 53), tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 204/2011, tat-2 ta’ Marzu 2011, dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja (ĠU L 58, p. 1) u tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/182/PESK, tat-22 ta’ April 2013, li temenda d-Deċiżjoni 2011/137/PESK (ĠU L 111, p. 50), sa fejn dawn l-atti jirrigwardaw lir-rikorrent, u, min-naħa l-oħra, talba għal kumpens għad-dannu kkawżat minn dawn l-atti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud sa fejn dan huwa ppreżentat kontra l-Kummissjoni Ewropea.

2)

M. Kadhaf Al Dam huwa kkundaanat għall-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea kif ukoll għall-ispejjeż tiegħu sostnuti f’dan ir-rigward.