Language of document : ECLI:EU:T:2014:806





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tal-24 ta’ Settembru 2014 – Kadhaf Al Dam vs Il-Kunsill

(Kawża T‑348/13)

“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja – Iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi – Obbligu ta’ motivazzjoni – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Modulazzjoni tal-effetti ratione temporis ta’ anullament – Responsabbiltà mhux kuntrattwali”

1.                     Rikors għal annullament – Termini – Bidu tad-dekorrenza – Att li jwassal għal miżuri restrittivi fir-rigward ta’ persuna jew ta’ entità – Att ippubblikat u kkomunikat lid-destinatarji – Data tal-komunikazzjoni tal-att – Komunikazzjoni lill-persuna kkonċernata permezz ta’ pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea – Ammissibbiltà (Ir-raba’ u s-sitt paragrafi tal-Artikolu 263 TFUE u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 275 TFUE; Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2011/137/PESK u 2013/182/PESK; Regolament tal-Kunsill Nru 204/2011) (ara l-punti 25, 27-39)

2.                     Proċedura ġudizzjarja – Deċiżjoni jew regolament li jissostitwixxi matul il-proċedura l-att ikkontestat – Element ġdid – Estensjoni tat-talbiet u tal-motivi inizjali (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 48(2); Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/380/PESK; Regolament tal-Kunsill Nru 689/2014) (ara l-punt 40)

3.                     Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja – Deċiżjonijiet li taqa’ fil-kuntest magħruf tal-persuna kkonċernata – Ammissibbiltà ta’ motivazzjoni sommarja – Raġunijiet individwali, speċifiċi u konkreti li mmotivaw iż-żamma tal-persuna kkonċernata fuq il-listi ta’ persuni suġġetti għall-imsemmija miżuri (Artikolu 296 TFUE; Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2013/182/PESK u 2014/380/PESK; Regolament tal-Kunsill Nru 689/2014) (ara l-punti 62-67, 70-78, 100-105)

4.                     Rikors għal annullament – Motivi – Nuqqas jew insuffiċjenza ta’ motivazzjoni – Raġuni distinta minn dik li tirrigwarda l-legalità fil-mertu (Artikoli 263 TFUE u 296 TFUE) (ara l-punt 68)

5.                     Unjoni Ewropea – Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità tal-atti tal-istituzzjonijiet – Miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja – Portata tal-istħarriġ (Karta tad-Drittjiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 47; Deċiżjonjiet tal-Kunsill 2013/182/PESK u 2014/380/PESK; Regolament tal-Kunsill Nru 689/2014) (ara l-punti 79-85, 100-105)

6.                     Rikors għal annullament – Sentenza ta’ annullament – Effetti – Limitazzjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja – Miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja – Riskju ta’ preġudizzju serju u irriversibbli għall-effettività ta’ kwalunkwe iffriżar tal-assi li jista’, fil-futur, jiġi deċiż mill-Kunsill kontra persuni affettwati mill-atti annullati – Żamma tal-effetti tal-atti annullati sal-iskadenza tat-terminu għall-appell jew għaċ-ċaħda tiegħu (It-tieni paragrafu tal-Artikolu 264 TFUE; Regolamenti tal-Persunal tal-Qorti tal-Ġustizzja, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 60; Deċiżjonjiet tal-Kunsill 2013/182/PESK u 2014/380/PESK; Regolament tal-Kunsill Nru 689/2014) (ara l-punti 106-109)

7.                     Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Kundizzjonijiet – Illegalità – Dannu – Rabta kawżali – Oneru tal-prova – Assenza ta’ waħda mill-kundizzjonijiet – Ċaħda tar-rikors għad-danni kollu kemm hu (It-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE) (ara l-punti 112, 113)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/137/PESK, tat-28 ta’ Frar 2011, dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja (ĠU L 58, p. 53), tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 204/2011, tat-2 ta’ Marzu 2011, dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja (ĠU L 58, p. 1), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/182/PESK, tat-22 ta’ April 2013, li temenda d-Deċiżjoni 2011/137 (ĠU L 111, p. 50), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 689/2014, tat-23 ta’ Ġunju 2014, li jimplimenta l-Artikolu 16(2) tar-Regolament (UE) Nru 204/2011 (ĠU L 183, p. 1), u tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/380/PESK, tat-23 ta’ Ġunju 2014, li temenda d-Deċiżjoni 2011/137 (ĠU L 183, p. 52), inkwantu dawn l-attivitajiet jirrigwardaw lir-rikorrent, u, min-naħa l-oħra, talba għall-kumpens għad-dannu kkawżat minn dawn l-atti.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2013/182/PESK, tat-22 ta’ April 2013, u tal-Kunsill 2014/380/PESK, tat-23 ta’ Ġunju 2014, li temenda d-Deċiżjoni 2011/137/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja, huma annullati inkwantu jżommu isem Ahmed Mohammed Kadhaf Al Dam fil-listi li jinsabu fl-Annessi II u IV tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/137/PESK, tat-28 ta’ Frar 2011, dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja.

2)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 689/2014, tat-23 ta’ Ġunju 2014, li jimplimenta l-Artikolu 16(2) tar-Regolament (UE) Nru 204/2011, huwa annullat inkwantu jżomm isem Kadhaf Al Dam fil-lista li tinsab fl-Annessi III tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 204/2011, tat-2 ta’ Marzu 2011, dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja.

3)

L-effetti tad-Deċiżjoni 2013/182, tad-Deċiżjoni 2014/380 u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 689/2014 għandhom jinżammu fir-rigward ta’ Kadhaf Al Dam sal-iskadenza tat-terminu ta’ appell minn din is-sentenza jew, jekk jiġi ppreżentat appell f’dan it-terminu, sad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja f’dan ir-rigward.

4)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

5)

Kadhaf Al Dam huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-ispejjeż tiegħu marbuta mat-talba tiegħu għal kumpens.

6)

Il-Kunsill huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti minn Kadhaf Al Dam u l-ispejjeż tiegħu marbuta mat-talba għall-annullament.