Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Lulju 2016 – Orange Business Belgium vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-349/13) 1
(“Kuntratti pubbliċi għal servizzi – Proċedura ta’ sejħa għal offerti – Provvista ta’ ‘Servizzi Trans-Ewropej għat-Telematika bejn l-Amministrazzjonijiet – Ġenerazzjoni Ġdida (TESTA-ng)’ – Ċaħda tal-offerta ta’ offerent – Għoti tal-kuntratt – Trasparenza – Ugwaljanza fit-trattament – Nondiskriminazzjoni – Obbligu ta’ motivazzjoni”)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Orange Business Belgium SA (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: B. Schutyser u T. Villé, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Delaude, S. Lejeune u F. Moro, aġenti, assistiti minn P. Wytinck u B. Hoorelbeke, avukati)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tad-19 ta’ April 2013, li tiċħad l-offerta sottomessa mir-rikorrenti fil-kuntest tal-proċedura tas-sejħa għal offerti DIGIT/R2/PR/2011/039 – Servizzi Trans-Ewropej għat-Telematika bejn l-Amministrazzjonijiet – Ġenerazzjoni Ġdida (TESTA-ng), u li tattribwixxi l-kuntratt lil offerent ieħor
Dispożittiv
Ir-rikors huwa miċħud.
Orange Business Belgium SA hija kkundannata għall-ispejjeż.
____________1 ĠU C 252, 31.8.2013.