Language of document : ECLI:EU:T:2016:385





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tal-4 ta’ Lulju 2016 – Orange Business Belgium vs Il‑Kummissjoni

(Kawża T‑349/13)

“Kuntratti pubbliċi għal servizzi – Proċedura ta’ sejħa għal offerti – Provvista ta’ ‘Servizzi Trans-Ewropej għat-Telematika bejn l-Amministrazzjonijiet - Ġenerazzjoni Ġdida (TESTA-ng)’ – Ċaħda tal-offerta ta’ offerent – Għoti tal-kuntratt – Trasparenza – Ugwaljanza fit-trattament – Nondiskriminazzjoni – Obbligu ta’ motivazzjoni”

1.                     Kuntratti pubbliċi tal-Unjoni Ewropea – Konklużjoni ta’ kuntratt wara sejħa għal offerti – Setgħa diskrezzjonali tal-istituzzjonijiet – Stħarriġ ġudizzjarju – Limiti (ara l-punt 45)

2.                     Kuntratti pubbliċi tal-Unjoni Ewropea – Proċedura ta’ sejħa għal offerti – Obbligu ta’ osservanza tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament tal-offerenti u ta’ trasparenza – Portata – Obbligu ta’ formulazzjoni ċara, preċiża u univokali tal-kundizzjonijiet u modalitajiet tal-proċedura ta’ attribuzzjoni tal-kuntratt (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 966/2012, Artikolu 102(1), u 112(1)) (ara l-punti 47-51)

3.                     Proċedura ġudizzjarja – Tressiq ta’ motivi ġodda fil-mori tal-kawża – Kundizzjonijiet – Estensjoni ta’ motiv eżistenti – Ammissibbiltà – Soluzzjoni analoga għall-ilmenti invokati insostenn ta’ motiv (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali (1991), l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 48(2)) (ara l-punt 93)

4.                     Kuntratti pubbliċi tal-Unjoni Ewropea – Proċedura ta’ sejħa għal offerti – Għoti ta’ kuntratti – Kriterji ta’ għoti – Metodu ta’ evalwazzjoni – Setgħa diskrezzjonali tal-awtorità kontraenti (ara l-punti 100, 101)

5.                     Rikors għal annullament – Motivi – Użu ħażin ta’ poter – Kunċett (Artikolu 263 TFUE) (ara l-punt 111)

6.                     Kuntratti pubbliċi tal-Unjoni Ewropea – Proċedura ta’ sejħa għal offerti – Għoti ta’ kuntratti – Offerta li hija l-iktar vantaġġuża ekonomikament – Kriterji ta’ għoti – Osservanza tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament tal-offerenti u ta’ trasparenza – Applikazzjoni mill-awtorità kontraenti tas-subkriterji li ma ġewx mgħarrfa minn qabel lill-offerenti – Inammissibbiltà – Iffissar ulterjuri mill-awtorità kontraenti tal-koeffiċjenti ta’ kunsiderazzjoni għas-subkriterji ta’ għoti – Ammissibbiltà – Kundizzjonijiet (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 966/2012, Artikolu 110(2); Regolament tal-Kummissjoni Nru 1268/2012, Artikolu 149(1) sa (3)) (ara l-punti 116-118, 142, 143)

7.                     Kuntratti pubbliċi tal-Unjoni Ewropea – Proċedura ta’ sejħa għal offerti – Obbligu ta’ osservanza tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament tal-offerenti u ta’ trasparenza – Portata – Obbligu li jiġi kkomunikat il-metodu ta’ evalwazzjoni tal-awtorità kontraenti qabel is-sottomissjoni tal-offerti – Assenza (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 966/2012, Artikoli 102(1) u 112(1)) (ara l-punti 138, 139)

8.                     Kuntratti pubbliċi tal-Unjoni Ewropea – Proċedura ta’ sejħa għal offerti – Għoti ta’ kuntratti – Ċaħda tal-offerti li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tekniċi msemmija fl-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt – Ammissibbiltà (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 966/2012, Artikolu 102(1)) (ara l-punti 156, 160)

9.                     Rikors għal annullament – Interess ġuridiku – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Rikors li jista’ jagħti benefiċċju lir-rikorrent – Ammissibbiltà (Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE) (ara l-punti 230, 231)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tad-19 ta’ April 2013, li tiċħad l-offerta sottomessa mir-rikorrenti fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti DIGIT/R2/PR/2011/039, fir-rigward ta’ “Servizzi Trans-Ewropej għat-Telematika bejn l-Amministrazzjonijiet – Ġenerazzjoni Ġdida (TESTA-ng)”, u li tagħti l-kuntratt lil offerent ieħor.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Orange Business Belgium SA hija kkundannata għall-ispejjeż.