Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Settembru 2017 – Jordi Nogues vs EUIPO – Grupo Osborne (BADTORO)

(Kawża T-350/13) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva BADTORO – Trade marks tal-Unjoni Ewropea verbali u nazzjonali figurattiva preċedenti TORO – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Xebh tas-sinjali – Xebh tal-prodotti u tas-servizzi – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Jordi Nogues, SL (Barcelona, Spanja) (rappreżentanti: J. Fernández Castellanos, M. J. Sanmartín Sanmartín u E. López Parés, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment V. Melgar et J. Crespo Carrillo, sussegwentement J. Crespo Carrillo, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Grupo Osborne, SA (El Puerto de Santa María, Spanja) (rappreżentant: J. M. Iglesias Monravá, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO, tas-16 ta’ April 2013 (Każ R 1446/2012-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Grupo Osborne u Jordi Nogues.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), tas-16 ta’ April 2013 (Kawża R 1446/2012-2), hija annullata.

L-EUIPO għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Jordi Nogues, SL.

Grupo Osborne, SA għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 ĠU C 252, 31.8.2013.