Language of document :

Rikors ippreżentat fil-25 ta' Settembru 2008 - Trubion Pharmaceuticals vs UASI - Merck (TRUBION)

(Kawża T-412/08)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Trubion Pharmaceuticals (Seattle, l-Istati Uniti) (rappreżentant: C. Hertz-Eichenrode, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell : Merck KgaA (Darmstadt, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni);

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali "TRUBION" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 5 u 42

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn tal-oppożizzjoni: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat in sostenn tal-oppożizzjoni: Trade mark Komunitarja Reġistrazzjoni Nru 72 884 tat-trade mark verbali "BION" reġistrata għal diversi prodotti; Trade mark Komunitarja Reġistrazzjoni Nru 3 282 936 tat-trade mark figurattiva "TriBion Harmonis" reġistrata għal diversi prodotti

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Laqgħet l-oppożizzjoni għall-prodotti fil-klassi 5 u ċaħditha għall-bqija tas-servizzi fil-klassi 42

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 peress li l-Bord tal-Appell (i) naqas milli jevalwa x-xebh tat-trade marks billi jieħu inkunsiderazzjoni l-impressjoni ġenerali tat-trade mark preċedenti, u (ii) naqas milli jieħu inkunsiderazzjoni l-interdipendenza tal-fatturi rilevanti, b'mod partikolari l-livell baxx ta' xebh tal-prodotti, fl-evalwazzjoni tal-probabbiltà ta' konfużjoni.

____________