Language of document :

Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Ġunju 2021 – Puma vs EUIPO – V. Fraas (FRAAS)

(Kawża T-329/21)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Puma SE (Herzogenaurach, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Schunke, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: V. Fraas GmbH (Helmbrechts/Wüstenselbitz, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea FRAAS – trade mark tal-Unjoni Nru 5 769 351

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-24 ta’ Marzu 2021 fil-Każ R 2714/2019-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tordna li t-trade mark kontenzjuża tiġi invalidata wkoll fir-rigward tal-prodotti segwenti:

Klassi 18: Basktijiet tal-id.

Klassi 25: Ilbies, xedd ir-ras, xalel, imkatar tar-ras u xalpi ta’ madwar l-għonq, bl-esklużjoni ta’ prodotti tal-ġilda jew ta’ imitazzjoni tal-ġilda; ingwanti, brieret, aċċessorji ta’ tessuti għal ilbies u għal xedd ir-ras (sa fejn jaqgħu fil-klassi 25);

tikkundanna lill-EUPO għall-ispejjeż tal-kawża, inklużi l-ispejjeż marbuta mal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

____________