Language of document : ECLI:EU:T:2022:379


 


 



Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tat-22 ta’ Ġunju 2022 –
Puma vs EUIPO – V. Fraas (FRAAS)

(Kawża T329/21) (1)

“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ revoka – Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea FRAAS – Użu ġenwin tat-trade mark – Użu għall-prodotti li għalihom ġiet irreġistrata t-trade mark – Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001] – Prova tal-użu ġenwin”

1.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Ċessjoni, revoka u invalidità – Raġunijiet għar-revoka – Assenza ta’ użu ġenwin tat-trade mark – Prova tal-użu – Użu ġenwin – Kunċett – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Rekwiżit ta’ provi konkreti u oġġettivi

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 15(1) u 51(1)(a); Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95, Artikolu 1, Regola 22(3))

(ara l-punti 23 sa 26, 28, 90, 120, 127)

2.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Dispożizzjonijiet proċedurali – Saħħa probatorja tal-provi – Dikjarazzjonijiet solenni

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2017/1001, Artikolu 97(1)(f))

(ara l-punti 39 sa 41, 47)

3.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Ċessjoni, revoka u invalidità – Raġunijiet għar-revoka – Assenza ta’ użu ġenwin tat-trade mark – Trade mark verbali FRAAS

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 15(1) u 51(1)(a))

(ara l-punti 66, 77, 84, 101, 116, 128)

4.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Ċessjoni, revoka u invalidità – Raġunijiet għar-revoka – Assenza ta’ użu ġenwin tat-trade mark – Prova tal-użu – Użu ġenwin – Kunċett – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Isem tal-kumpannija, isem kummerċjali jew isem tad-ditta

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 15(1) u 51(1)(a))

(ara l-punti 74, 76)

5.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Ċessjoni, revoka u invalidità – Raġunijiet għar-revoka – Assenza ta’ użu ġenwin tat-trade mark – Użu tat-trade mark taħt forma differenti permezz ta’ elementi li ma jbiddlux il-karattru distintiv tat-trade mark – Għan u kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 15(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 15(1)(a) u 51(1)(a))

(ara l-punt 83)

6.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Ċessjoni, revoka u invalidità – Raġunijiet għar-revoka – Assenza ta’ użu ġenwin tat-trade mark – Prova tal-użu – Użu parzjali – Effett – Kunċett ta’ parti mill-prodotti jew mis-servizzi suġġetti għar-reġistrazzjoni

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 15(1)(a) u 51(1)(2))

(ara l-punt 115)

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Puma SE hija kkundannata għall-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll għal dawk tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) u ta’ V. Fraas GmbH fil-kuntest ta’ din il-proċedura.


1 ĠU C 297 tas-26.7.2021.