Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Ġunju 2022 – Puma vs EUIPO – V. Fraas (FRAAS)

(Kawża T-329/21) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ revoka – Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea FRAAS – Użu ġenwin tat-trade mark – Użu għall-prodotti li għalihom ġiet irreġistrata t-trade mark – Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001] – Prova tal-użu ġenwin”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Puma SE (Herzogenaurach, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Schunke, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: V. Fraas GmbH (Helmbrechts-Wüstenselbitz, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. Kunze u F. Tyra, avukati)

Suġġett

Bir-rikors tagħha abbażi tal-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-24 ta’ Marzu 2021 (Każ R 2714/2019-5).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Puma SE hija kkundannata għall-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll għal dawk tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) u ta’ V. Fraas GmbH fil-kuntest ta’ din il-proċedura.

____________

1     ĠU C 297, 26.7.2021.