Language of document : ECLI:EU:T:2013:407





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tas-6 ta’ Settembru 2013 —
Sepro Europe vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑483/11)

“Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti — Sustanza attiva flurprimidol — Nuqqas ta’ inklużjoni tal-flurprimidol fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE — Regolament (KE) Nru 33/2008 — Proċedura mħaffa ta’ evalwazzjoni — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Drittijiet tad-difiża — Proporzjonalità — Obbligu ta’ motivazzjoni”

1.                     Rikors għal annullament — Persuni fiżiċi jew ġuridiċi — Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrifjuta l-inklużjoni ta’ sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva 91/414 — Rikors ta’ impriża li għamlet it-talba għal inklużjoni — Ammissibbiltà (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Regolament tal-Kummissjoni Nru 33/2008, Artikolu 13; Direttiva tal-Kunsill 91/414, Anness I; Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/328) (ara l-punti 28-31)

2.                     Agrikoltura — Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Tqegħid fis-suq ta’ prodotti fitofarmaċewtiċi — Direttiva 91/414 — Proċedura ta’ inklużjoni tas-sustanzi attivi tal-imsemmija prodotti fl-Anness I ta’ din id-direttiva — Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni — Stħarriġ ġudizzjarju — Portata (Direttiva tal-Kunsill 91/414, Anness I) (ara l-punti 37-40)

3.                     Agrikoltura — Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti — Direttiva 91/414 — Proċedura ta’ inklużjoni tas-sustanzi attivi tal-imsemmija prodotti fl-Anness I ta’ din id-direttiva — Sussistenza ta’ inċertezzi xjentifiċi dwar l-eżistenza jew il-portata ta’ riskji għas-saħħa tal-bniedem, għas-saħħa tal-annimali jew għall-ambjent — Applikazzjoni tal-prinċipju ta’ prekawzjoni — Portata (Artikolu 191(2) TFUE; Direttiva tal-Kunsill 91/414, Artikoli 4(1)(b), 5(1)(b) u Anness I) (ara l-punti 41-44, 61, 92)

4.                     Dritt tal-Unjoni Ewropea — Prinċipji — Drittijiet tad-difiża — Portata — Proċedura ta’ inklużjoni tas-sustanzi attivi tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti fl-Anness I tad-Direttiva 91/414 — Dritt li tiġi ppreżentata data komplementari matul il-proċedura ta’ evalwazzjoni — Assenza (Regolament tal-Kummissjoni Nru 33/2008, Artikoli 18(3), u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 20(2); Direttiva tal-Kunsill 91/414, Anness I) (ara l-punti 65, 66, 75)

5.                     Agrikoltura — Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti — Direttiva 91/414 — Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar in-nuqqas ta’ inklużjoni ta’ sustanza attiva fl-Anness I tal-imsemmija direttiva — Nuqqas ta’ informazzjoni suffiċjenti li tippermetti li jiġi konkluż li hemm assenza ta’ riskji — Konsegwenzi kkawżati għall-impriża li titlob l-inklużjoni f’termini ta’ spejjeż ta’ preparazzjoni ta’ fajl ġdid u ta’ telf ta’ dħul kummerċjali — Ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità — Assenza (Direttiva tal-Kunsill 91/414, Artikolu 5(1) u Anness I) (ara l-punti 83-85, 87)

6.                     Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata u limiti — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrifjuta l-inklużjoni ta’ sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva 91/414 (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE; Direttiva tal-Kunsill 91/414, Anness I; Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/328) (ara l-punti 101, 106)

7.                     Rikors għal annullament — Motivi — Nuqqas jew insuffiċjenza ta’ motivazzjoni — Raġuni distinta minn dik li tirrigwarda l-legalità fil-mertu (Artikoli 263 TFUE u 296 TFUE) (ara l-punt 107)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/328/UE, tal-1 ta’ Ġunju 2011, dwar l-esklużjoni ta’ flurprimidol fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE (ĠU L 153, p. 192).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Sepro Europe Ltd għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.