Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Jannar 2014 – Sothys Auriac vs UASI – Grand Hotel Primavera (BEAUTY GARDEN)

(Kawża T-470/12) 1

(“Trade mark Komunitarja – Talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Irtirar tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Sothys Auriac (Auriac, Franza) (rappreżentant: A. Berthet, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: V. Melgar, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Grand Hotel Primavera SA (Borgo Maggiore, San Marino)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-12 ta’ Lulju 2012 (Każ R 1419/2011-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Grand Hotel Primavera SA u Sothys Auriac.

Dispożittiv

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

Ir-rikorrenti hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha u l-ispejjeż tal-konvenut.

____________

1     ĠU C 26, 26.01.2013.