Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Frar 2015 – Aer Lingus vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-473/12) 1

[“Għajnuna mill-Istat – Taxxa Irlandiża fuq il-passiġġieri bl-ajru – Tariffa mnaqqsa għad-destinazzjonijiet li jinsabu sa massimu ta’ 300 km mill-ajruport ta’ Dublin – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha – Vantaġġ – Natura seletttiva – Identifikazzjoni tal-benefiċċjarji tal-għajnuna – Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 – Obbligu ta’ motivazzjoni”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Aer Lingus Ltd (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentanti: K. Bacon, D. Scannell, D. Bailey, barristers, u A. Burnside, solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn, D. Grespan u T. Maxian Rusche, aġenti)

Parti konvenuta insostenn tal-parti konvenuta: L-Irlanda (rappreżentanti: E. Creedon, A. Joyce u J. Quaney, aġenti, assistiti minn E. Regan, SC, u B. Doherty, barrister)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/199/UE, tal-25 ta’ Lulju 2012, dwar l-għajnuna mill-Istat, il-każ SA.29064 (11/C, ex 11/NN) – Rati tat-taxxa differenzjati għall-ivvjaġġar bl-ajru implimentati mill-Irlanda (notifikata bid-dokument C(2012) 5037) (ĠU L 119, p. 30).DispożittivL-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/199/UE, tal-25 ta’ Lulju 2012, dwar l-għajnuna mill-Istat, il-każ SA.29064 (11/C, ex 11/NN) – Rati tat-taxxa differenzjati għall-ivvjaġġar bl-ajru implimentati mill-Irlanda, huwa annullat, sa fejn dan jordna l-irkupru tal-għajnuna mingħand benefiċjarji, fl-ammont li huwa stabbilit għal EUR 8 għal kull passiġġier fil-premessa 70 tal-imsemmija deċiżjoni.Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata, minbarra għall-ispejjeż tagħha, għal nofs l-ispejjeż sostnuti minn Aer Lingus Ltd.Aer Lingus għandha tbati nofs l-ispejjeż tagħha.L-Irlanda għandha tbati l-ispejjeż tagħha.