Language of document :





Digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tal-24 ta’ Awwissu 2010 – Grúas Abril Asistencia vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-386/09)

“Rikors għal annullament – Kompetizzjoni – Ċaħda ta’ lment – Att li ma jistax jiġi kkontestat minn individwi – Inammissibbiltà”

1.                     Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Dritt ta’ azzjoni tal-Kummissjoni - Eżerċizzju diskrezzjonali - Pożizzjoni proċedurali tal-lanjanti differenti minn dik fil-qasam tal-kompetizzjoni (Artikolu 226 KE) (ara l-punti 26-27)

2.                     Rikors għal annullament – Atti li jistgħu jiġu kkontestati – Rifjut tal-Kummissjoni li tagħti bidu għal proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Esklużjoni (Artikolu 230 KE) (ara l-punt 27)

3.                     Rikors għal annullament – Ġurisdizzjoni tal-qorti Komunitarja – Eżami tal-legalità ta’ att adottat minn awtorità nazzjonali – Esklużjoni (Artikolu 230 KE) (ara l-punt 28)

4.                     Rikors għal annullament – Ġurisdizzjoni tal-qorti Komunitarja – Talbiet intiżi biex tinkiseb ordni ta’ eżami mill-ġdid ta’ lment – Inammissibbiltà (Artikolu 230 KE) (ara l-punt 29)

Suġġett

Rikors intiż għall-annullament tal-ittra tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Awwissu 2009 li tinforma lir-rikorrenti li l-fatti li hija lmentat dwarhom quddiemha ma jippermettux li tikkonstata ksur tal-Artikoli 81 KE, 82 KE u 86 KE, u li għaldaqstant, l-ilment tagħha ma jistax jiġi kkunsidrat.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Grúas Abril Asistencia, SL hija kkundannata għall-ispejjeż.