Language of document :

Rikors ippreżentat fit-2 ta' Ottubru 2009 - Rosenruist vs UASI (Rappreżentazzjoni ta' żewġ kurvi li f'punt wieħed jaqsmu lil xulxin mdaħħla fuq but)

(Kawża T-388/09)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Rosenruist - Gestão e serviços, Lda (Funchal, il-Portugall) (rappreżentant: S. Gonzáles Malabia u S. Rizzo, lawyers)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrent

annullament tad-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern, (Trade marks u Disinni) tat-18 ta' Ġunju 2009, fil-Każ R 237/2009-2; u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż tagħha u dawk tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: Marka li tirrappreżenta żewġ kurvi li f'punt wieħed jaqsmu lil xulxin mdaħħla fuq but għal prodotti u servizzi li jaqaw fi gruppi 18 u 25.

Deċiżjoni tal-eżaminatur: ċaħad l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: ċaħad l-appell

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill 40/94 (li sar Artikolu 7(1)(b) tar- Regolament tal-Kunsill 207/2009) billi l-Bord tal-Appell, b'mod żbaljat, iddeċieda li t-trade mark Komunitarja kkonċernata kienet nieqsa minn karattru distintiv intrinsiku.

____________