Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta' Settembru 2010 - Rosenruist vs UASI (Rappreżentazzjoni ta' but b'żewġ kurvi fuqu)

(Kawża T-388/09)1

"Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurativa li tirrappreżenta but b'żewġ kurvi fuqu - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta' karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009"

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Rosenruist - Gestão e serviços, Lda (Funchal, il-Portugall) (rappreżentanti: S. Rizzo u S. González Malabia, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-18 ta' Ġunju 2009 (Każ R 237/2009-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta' sinjal figurattiv li jirrappreżenta but b'żewġ kurvi fuqu bħala trade mark figurattiva.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Rosenruist - Gestão e serviços, Lda hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 282, 21.11.2009.