Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta' Awwissu 2010 - Grúas Abril Asistencia vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-386/09) 1

("Rikors għal annullament - Kompetizzjoni - Ċaħda ta' ilment - Att li ma jistax jiġi kkontestat minn individwi - Inammissibbiltà")

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Grúas Abril Asistencia, SL (Alicante, Spanja) (rappreżentant: R.L. García García, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre u F. Castilla Contreras, aġenti)

Suġġett

Rikors intiż għall-annullament tal-ittra tal-Kummissjoni tas-7 ta' Awwissu 2009 li tinforma lir-rikorrenti li l-fatti li hija lmentat dwarhom quddiemha ma jippermettux li tikkonstata ksur tal-Artikoli 81 KE, 82 KE u 86 KE, u li għaldaqstant, l-ilment tagħha ma jistax jiġi kkunsidrat.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Grúas Abril Asistencia, SL, hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 282, 21.11.2009.