Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de Primera Instancia nº 8 de La Coruña (Spanja) fl-4 ta’ Jannar 2024 – Abanca Corporación Bancaria, SA vs WE
(Kawża C-6/24, Abanca Corporación Bancaria)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Juzgado de Primera Instancia nº 8 de La Coruña
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Abanca Corporación Bancaria, SA
Konvenut: WE
Domandi preliminari
Klawżola ta’ skadenza antiċipata li tipprevedi l-possibbiltà li l-eżiġibbiltà antiċipata tas-self tiġi evitata jew innewtralizzata f’terminu partikolari, hija konformi mal-Artikoli 3(1) u 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur 1 , jew din il-possibbiltà għandha tiġi rrikonoxxuta f’regola tad-dritt nazzjonali speċifika?
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għad-domanda preċedenti, x’ikun terminu raġjonevoli?
____________
1 ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288, rettifika fil-ĠU 2023, L 17, p. 100.