Rikors ippreżentat fid-29 ta' Ottubru 2007 - Hau vs Il-Parlament
(Kawża F-125/07)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Armin Hau (il-Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: E. Boigelot, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Talbiet tar-rikorrent
Tannulla d-deċiżjoni meħuda mill-awtorità tal-ħatra li ma tinkludix isem ir-rikorrent fil-lista ta' dawk promossi għal promozzjoni minn B*6 għal B*7 "proċedura ta' promozzjoni 2006";
tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
In sostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka l-ksur tat-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 25 u ta' l-Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Komunitajiet Ewropej, tad-deċiżjoni ta' l-Uffiċċju tas-6 ta' Lulju 2005 u tal-miżuri ta' applikazzjoni tagħha, ta' l-Artikolu 5 tad-direttivi interni dwar il-kumitati konsultattivi ta' promozzjoni.
Barra minn dan, ir-rikorrent isostni, l-eżistenza ta' żbalji manifesti ta' evalwazzjoni, ta' abbuż u ta' eċċess ta' poter kif ukoll il-ksur ta' numru ta' prinċipji ġenerali tad-dritt.
____________