Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-11 ta’ Lulju 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation - Franza) – Directeur général des douanes et droits indirects, Chef de l’agence de poursuites de la Direction nationale du renseignement et des enquêtes douanières vs Harry Winston SARL

(Kawża C-273/12) 1

(Kodiċi Doganali tal-Komunità — Regolament (KEE) Nru 2913/92 — Artikolu 206 — Tnissil ta’ dejn doganali — Serq ta’ merkanzija mqiegħda taħt il-proċedura tal-magazzinaġġ doganali — Kunċett ta’ ‘telf għal kollox ta’ merkanzija bħala riżultat ta’ forza maġġuri’ — Direttiva 2006/112/KE — Artikolu 71 — Taxxa fuq il-valur miżjud — Fatt taxxabbli — Eżiġibbiltà tat-taxxa)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Directeur général des douanes et droits indirects, Chef de l'agence de poursuites de la Direction nationale du renseignement et des enquêtes douanières

Konvenuta: Harry Winston SARL

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari - Cour de cassation (Franza) - Interpretazzjoni tal-Artikoli 206 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307) u 71 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) - Merkanzija mqiegħda taħt il-proċedura tal-magazzinaġġ doganali - Serq ta’ merkanizja - Kunċett ta’ telf għal kollox ta’ merkanzija - Każ ta’ forza maġġuri - Tnissil ta’ dejn doganali fuq l-importazzjoni - Fatt li jiġġenera l-impożizzjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud.

Dispożittiv

L-Artikolu 203(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1791/2006, tal-20 ta’ Novembru 2006, għandu jiġi interpretat fis-sens li serq ta’ merkanzija mqiegħda taħt il-proċedura tal-magazzinaġġ doganali jikkostitwixxi tneħħija tal-imsemmija merkanzija fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni li jnissel dejn doganali għall-importazzjoni. L-Artikolu 206 tal-imsemmi regolament japplika biss fis-sitwazzjonijiet fejn dejn doganali jista’ jitnissel skont l-Artikoli 202 u 204(1)(a) tal-istess regolament.

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 71(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li s-serq ta’ merkanzija miżmuma taħt il-proċedura tal-magazzinaġġ doganali jġib fis-seħħ il-fatt taxxabbli u l-eżiġibbiltà tat-taxxa fuq il-valur miżjud.

____________

1 ĠU C 235, 04.08.2012.