Language of document :

Rikors ippreżentat fit-28 ta' Settembru 2011 - i-content vs UASI - Decathlon (BETWIN)

(Kawża T-514/11)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: i-content Ltd Zweigniederlassung Deutschland (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Nordemann, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell : Decathlon SA (Villeneuve d'Ascq, Franza)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) mogħtija fit-30 ta' Ġunju 2011 fil-Każ R 1816/2010-1 u tiċħad l-oppożizzjoni Nru B 001494205;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "BETWIN", b'mod partikolari għal prodotti fil-klassijiet 25, 26 u 28 - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 7281652

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 6780951 tat-trade mark figurattiva "bTwin", b'mod partikolari għal prodotti fil-klassijiet 25 u 28; reġistrazzjoni tat-trade mark Franċiża Nru 23191414 tat-trade mark figurattiva "bTwin", fost oħjran, għal prodotti fil-klassi 25; reġistrazzjoni tat-trade mark Franċiża Nru°99822017 tat-trade mark figurattiva "bTwin", fost oħjran għal prodotti fil-klassi 28

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni parzjalment milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: rikors miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 peress li l-Bord tal-Appell qies, b'mod żbaljat, li t-trade marks inkwistjoni kienu jinxtiebhu b'mod li tista' tinħoloq konfużjoni bejniethom.

____________