Language of document :

Rikors ippreżentat fis-27 ta' Settembru 2011 - Delphi Technologies vs UASI (INNOVATION FOR THE REAL WORLD)

(Kawża T-515/11)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Delphi Technologies, Inc. (Wilmington, l-Istati Uniti tal-Amerka) (rappreżentanti: C. Albrecht u J. Heumann, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-23 ta' Ġunju 2011, fil-Każ R 1967/2010-2;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "INNOVATION FOR THE REAL WORLD", għal prodotti fil-klassijiet 7, 9, 10 u 12 - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 7072705

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni rrifjutata fl-intier tagħha

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell: (i) fehem b'mod żbaljat l-oneru tal-argumenti u tal-prova stabbiliti fl-Artikolu 7(1)(b); (ii) żbalja fl-applikazzjoni tal-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja għall-evalwazzjoni tal-karattru distintiv ta' slogans u tat-tifsira possibbli tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni; u, (iii) injora l-użu sostanzjali u r-reputazzjoni tat-trade mark, li hija importanti għall-perċezzjoni tas-slogan mill-konsumatur rilevanti. Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009 u tal-prinċipji ġenerali ta' proċedimenti amministrattivi, peress li l-Bord tal-Appell ma ħax inkunsiderazzjoni li kien hemm diġà slogans identiċi u simili li fihom il-kelma "INNOVATION" li ġew irreġistrati fl-UE u b'mod partikolari, mill-UASI.

____________