Language of document : ECLI:EU:T:2013:291

SENTENZA TAL-QORTI ĠENERALI (It-Tielet Awla)

4 ta’ Ġunju 2013 (*)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali BETWIN — Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti b’Twin — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

Fil-Kawża T‑514/11,

i-content Ltd Zweigniederlassung Deutschland, stabbilita f’Berlin (il‑Ġermanja), irrappreżentat minn A. Nordemann, avukat,

rikorrenti,

vs

L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), irrappreżentat minn P. Bullock, bħala aġent,

konvenut,

il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI kienet

Decathlon SA, stabbilita f’Villeneuve-d’Ascq (Franza),

li għandha bħala suġġett rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-30 ta’ Ġunju 2011 (Każ R 1816/2010‑1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Decathlon SA u i-content Ltd Zweigniederlassung Deutschland,

IL-QORTI ĠENERALI (It-Tielet Awla),

komposta minn O. Czúcz (Relatur), President, I. Labucka u D. Gratsias, Imħallfin,

Reġistratur: E. Coulon,

wara li rat ir-rikors ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit-28 ta’ Settembru 2011,

wara li rat ir-risposta ppreżentata fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fid-29 ta’ Novembru 2011,

wara li rat il-mistoqsijiet bil-miktub magħmula lill-UASI mill-Qorti Ġenerali u t-tweġiba tiegħu għal dawn il‑mistoqsijiet, ippreżentata fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fl-4 ta’ Ottubru 2012,

wara li rat l-osservazzjonijiet tar-rikorrenti dwar din it-tweġiba, ippreżentati fir-Reġistru tal‑Qorti Ġenerali fit-30 ta’ Ottubru 2012,

wara li rat li l-partijiet ma ressqux talba għall-iffissar ta’ seduta fi żmien xahar min-notifika tal-għeluq tal-proċedura bil-miktub u wara li għaldaqstant iddeċidiet, fuq rapport tal-Imħallef Relatur u skont l‑Artikolu 135a tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, li tiddeċiedi mingħajr il-fażi orali tal-proċedura,

tagħti l-preżenti

Sentenza (1)

[omissis]

 It-talbiet tal-partijiet

12      Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

–        tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

–        tiċħad l-oppożizzjoni;

–        tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

13      L-UASI jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

–        tiċħad ir-rikors fl-intier tiegħu;

–        tikkundanna lir-rikorrenti għall-ispejjeż.

 Id-dritt

[omissis]

 Fuq it-talba għal bidla

78      F’dak li jirrigwarda t-talbiet tar-rikorrenti intiżi sabiex il-Qorti Ġenerali tiċħad l-oppożizzjoni, għandu jitfakkar li s-setgħa ta’ bidla mogħtija lill-Qorti Ġenerali skont l-Artikolu 65(3) tar-Regolament Nr 207/2009, ma għandhiex bħala effett li tagħti lil din il-qorti s-setgħa li twettaq evalwazzjoni li fuqha l-imsemmi Bord tal-Appell ikun għadu ma ddeċidiex. L-eżerċizzju tas-setgħa ta’ bidla għandu konsegwentement, bħala prinċipju, ikun limitat għas-sitwazzjonijiet fejn il-Qorti Ġenerali, wara li tkun stħarrġet l-evalwazzjoni magħmula mill-Bord tal-Appell, tkun f’pożizzjoni li tiddetermina, fuq il-bażi tal-punti ta’ fatt u ta’ liġi kif stabbiliti, id-deċiżjoni li l-Bord tal-Appell kellu jadotta (sentenza tal‑Qorti tal-Ġustizzja tal-5 ta’ Lulju 2011, Edwin vs UASI C‑263/09 P, Ġabra p. I-5853, punt 72).

79      F’dan il-każ, il-kundizzjonijiet għall-eżerċizzju tas-setgħa ta’ bdil tal‑Qorti Ġenerali, kif jirriżultaw mis-sentenza Edwin vs UASI, iċċitata iktar ’il fuq, huma sodisfatti. Fil-fatt, mill-kunsiderazzjonijiet magħmula fil-punti 67 sa 77 iktar ʼil fuq jirriżulta li l-Bord tal-Appell kellu jikkonstata li, kuntrarjament għal dak li kkunsidrat id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni, ma kienet teżisti l‑ebda probabbiltà ta’ konfużjoni għall-prodotti li jaqgħu fil-klassi 28 u li jikkorrispondu għad-deskrizzjoni li ġejja: “Pixxina li tintefaħ għal użu rikrejattiv; tagħmir f’forma ta’ gaġeġ għal-logħob; annimali tal-filpa mimlija biex jingħataw il-forma; pixxini (oġġetti tal-logħob); pistoli tal-arja (ġugarelli); logħob elettroniku bi skrin tal-idejn; vetturi tal-logħob; mudelli fuq skala żgħira; unità għal logħob elettroniku tal-idejn; fixex tal-logħob; drafts (logħob); apparat għal playing fields; ġugarelli mekkaniċi; ġugarelli, bl-eċċezzjoni ta’ ġugarelli għal annimali tad-dar; logħob elettroniku tal-idejn; blalen (Ġugarelli); dadi (tal-logħob); oġġetti tal-karti għaċ-ċelebrazzjoni ta’ okkażjonijiet speċjali; logħob elettroniku tal-idejn; karti tal-logħob; logħob tal-pinball; tazzi (għad-dadi); ġugarelli tal-istampar; settijiet ta’ mistoqsijiet għal-logħob tal-bord; kards tat-tombla; mudelli tal-ajruplani; birilli tal-billiard; dominò; kalzetti tar-riħ dekorattivi; logħob tal-pinball; logħob li juru l-kapaċitajiet tiegħek u logħob ta’ azzjoni; logħob tal-bord; magni tad-divertiment awtomatiċi u mħaddma bil-muniti; logħob tal-pinball (imħaddma bil-muniti jew le); mudelli tal-ajruplani (fuq skala żgħira); logħob tal-karti; disk tal-plastika; blalen tal-logħob; logħob; tazzi għal-logħob bid-dadi; pupi; birilli; vetturi kkontrollati mill-bogħod (ġugarelli); diski tal-logħob; darts; apparat li jtajjar il-plattini; mudelli ta’ vetturi fuq skala żgħira; żurżieqi għal-logħob; magni awtomatiċi tal-logħob imħaddma bil-muniti; ċess; maskri tal-karnival; taħbil il-moħħ; ġugarelli mimlija; logħob tal-kompjuter tal-idejn; vleġeġ (tad-darts); ajruplani bħala ġugarelli; plattini użati bħala bersall (ġugarelli); ħamiem tat-tafal (bersalli), forġjaturi, ġugarelli tal-filpa; logħob elettroniku tal-idejn; vetturi bħala ġugarell li huma mħaddma elettronikament; ġugarelli mħaddma bil-batteriji; ċipep għal-logħob tal-azzard; targits; orsijiet mimlija tal-logħob; ġugarelli li jintefħu; logħob tal-bord; bandli; tajr; mudelli ta’ vetturi fuq skala żgħira”. Konsegwentement, id-deċiżjoni kkontestata għandha tinbidel billi tiġi annullata d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-21 ta’ Lulju 2010 u l-oppożizzjoni għandha tiġi miċħuda f’dak li jirrigwarda l-prodotti msemmijin iktar ʼil fuq.

 Fuq l-ispejjeż

[omissis]

Għal dawn il-motivi,

IL-QORTI ĠENERALI (It-Tielet Awla)

taqta’ u tiddeċiedi:

1)      Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-30 ta’ Ġunju 2011 (Każ R 1816/2010‑1) hija annullata f’dak li jikkonċerna l-prodotti li jaqgħu fil-klassi 28 skont il-Ftehim ta’ Nice dwar il-klassifikazzjoni internazzjonali ta’ prodotti u servizzi għall-finijiet tar-reġistrazzjoni ta’ trade marks, tal-15 ta’ Ġunju 1957, kif rivedut u emendat, u li jikkorrispondu, għad-deskrizzjoni li ġejja: “Pixxina li tintefaħ għal użu rikrejattiv; tagħmir f’forma ta’ gaġeġ għal-logħob; annimali tal-filpa mimlija biex jingħataw il-forma; pixxini (oġġetti tal-logħob); pistoli tal-arja (ġugarelli); logħob elettroniku bi skrin tal-idejn; vetturi tal-logħob; mudelli fuq skala żgħira; unità għal logħob elettroniku tal-idejn; fixex tal-logħob; drafts (logħob); apparat għal playing fields; ġugarelli mekkaniċi; ġugarelli, bl-eċċezzjoni ta’ ġugarelli għal annimali tad-dar; logħob elettroniku tal-idejn; blalen (Ġugarelli); dadi (tal-logħob); oġġetti tal-karti għaċ-ċelebrazzjoni ta’ okkażjonijiet speċjali; logħob elettroniku tal-idejn; karti tal-logħob; logħob tal-pinball; tazzi (għad-dadi); ġugarelli tal-istampar; settijiet ta’ mistoqsijiet għal-logħob tal-bord; kards tat-tombla; mudelli tal-ajruplani; birilli tal-billiard; dominò; kalzetti tar-riħ dekorattivi; logħob tal-pinball; logħob li juru l-kapaċitajiet tiegħek u logħob ta’ azzjoni; logħob tal-bord; magni tad-divertiment awtomatiċi u mħaddma bil-muniti; logħob tal-pinball (imħaddma bil-muniti jew le); mudelli tal-ajruplani (fuq skala żgħira); logħob tal-karti; disk tal-plastika; blalen tal-logħob; logħob; tazzi għal-logħob bid-dadi; pupi; birilli; vetturi kkontrollati mill-bogħod (ġugarelli); diski tal-logħob; darts; apparat li jtajjar il-plattini; mudelli ta’ vetturi fuq skala żgħira; żurżieqi għal-logħob; magni awtomatiċi tal-logħob imħaddma bil-muniti; ċess; maskri tal-karnival; taħbil il-moħħ; ġugarelli mimlija; logħob tal-kompjuter tal-idejn; vleġeġ (tad-darts); ajruplani bħala ġugarelli; plattini użati bħala bersall (ġugarelli); ħamiem tat-tafal (bersalli), forġjaturi, ġugarelli tal-filpa; logħob elettroniku tal-idejn; vetturi bħala ġugarell li huma mħaddma elettronikament; ġugarelli mħaddma bil-batteriji; ċipep għal-logħob tal-azzard; targits; orsijiet mimlija tal-logħob; ġugarelli li jintefħu; logħob tal-bord; bandli; tajr; mudelli ta’ vetturi fuq skala żgħira”.

2)      Fir-rigward tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1, id-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-21 ta’ Lulju 2010 hija annullata u l-oppożizzjoni hija miċħuda.

3)      Ir-rikors huwa miċħud għall-bqija.

4)      Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

Czúcz

Labucka

Gratsias

Mogħtija f’qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fl-4 ta’ Ġunju 2013.

Firem


* Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.


1 –      Qed jiġu riprodotti biss il-punti ta’ din is-sentenza li l-Qorti Ġenerali kkunsidrat utli għall-pubblikazzjoni.