Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ġunju 2013 – Delphi Technologies vs UASI (INNOVATION FOR THE REAL WORLD)

(Kawża T-515/11) 1

[“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali INNOVATION FOR THE REAL WORLD – Raġuni assoluta għal rifjut – Assenza ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Delphi Technologies, Inc. (Wilmington, Delaware, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: C. Albrecht u J. Heumann, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Suġġett

Rikors kontra d-Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-23 ta’ Ġunju 2011 (Każ R 1967/2010-2), dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni tas-sinjal verbali INNOVATION FOR THE REAL WORLD bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Delphi Technologies, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 355, 03.12.2011.