Language of document :

Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta' Settembru 2012 - Il-Greċja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-52/12 R)

("Proċeduri għal miżuri provviżorji - Għajnuna mill-Istat - Ħlasijiet ta' kumpens mogħtija fl-2008 u fl-2009 mill-Organizzazzjoni Griega tal-Assigurazzjoni Agrikola (ELGA) matul l-2008 u l-2009 - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Fumus boni juris - Urġenza - Ibbilanċjar tal-interessi")

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: I. Chalkias u S. Papaïoannou, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Triantafyllou u S. Thomas, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/157/UE, tas-7 ta' Diċembru 2011, dwar ħlasijiet ta' kumpens mogħtija mill-Organizzazzjoni Griega tal-Assigurazzjoni Agrikola (ELGA) matul l-2008 u l-2009 (ĠU 2012, L 78, p. 21).

Dispożittiv

Is-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/157/UE, tas-7 ta' Diċembru 2011, dwar ħlasijiet ta' kumpens mogħtija mill-Organizzazzjoni Griega tal-Assigurazzjoni Agrikola (ELGA) matul l-2008 u l-2009, sa fejn din id-deċiżjoni tobbliga lir-Repubblika Ellenika sabiex tirkupra l-ammonti ttrasferiti mingħand il-benefiċjarji.

L-ispejjeż huma rriżervati.

____________