Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta' Settembru 2012 - L-Italja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-257/10) 

("Għajnuna mill-Istat - Stabbiliment ta' impriża f'ċerti Stati terzi - Self b'rata mnaqqsa - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna parzjalment inkompatibbli mas-suq komuni u tordna l-irkupru tagħha - Deċiżjoni meħuda wara l-annullament mill-Qorti Ġenerali tad-deċiżjoni inizjali dwar l-istess proċedura - Awtorità ta' res judicata - Obbligu ta' motivazzjoni")

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: P. Gentili u M. Fiorilli, avvocati dello Stato)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Di Bucci u D. Grespan, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/134/UE, tal-24 ta' Marzu 2010, dwar l-għajnuna mill-Istat C 4/03 (ex NN 102/02) implimentata mill-Italja favur Wam Spa (ĠU 2011, L 57, p. 29)

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 221, 14.08.2010