Language of document :

Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-9 ta' Ġunju 2010 - Il-Kummissjoni Ewropea vs Schneider Electric SA, Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, Ir-Repubblika Franċiża

(Kawża C-440/07 P) 1

"Appell - Annullament parzjali tas-sentenza appellata - Kawża fi stat li tiġi deċiża - Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Komunità - Évalwazzjoni tad-dannu"

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Petite, F. Arbault, T. Christoforou, R. Lyal u C-F Durand, aġenti)

Appellati: Schneider Electric SA (rappreżentanti: M. Pittie u A. Winckler, avukati), Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, Ir-Repubblika Franċiża

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Ir-Raba' Awla Estiża) tal-11 ta' Lulju 2007, Schneider Electric vs Il-Kummissjoni (T-351/03), li biha l-Qorti tal-Prim'Istanza kkundannat lill-Komunità Ewropea li tikkumpensa, minn naħa, l-ispejjeż li sostniet Schneider Electric minħabba l-parteċipazzjoni tagħha għat-tkomplija tal-proċedura ta' kontroll ta' konċentrazzjoni li seħħet wara l-għoti tas-sentenzi tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-22 ta' Ottubru 2002, Schneider Electric vs Il-Kummissjoni (T-310/01 u T-77/02) u, min-naħa l-oħra, iż-żewġ terzi tad-dannu subit minn Schneider Electric minħabba l-ammont ta' tnaqqis tal-prezz tat-trasferiment ta' Legrand SA li Schneider Electric kellha tagħti lill-akkwirent b'riżultat tal-posponiment tal-iskadenza tat-twettiq effettiv tal-bejgħ ta' Legrand sal-10 ta' Diċembru 2002 - Kundizzjonijiet għar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Komunità - Kunċetti ta' żball, ta' dannu u ta' rabta kawżali diretta bejn il-fatt kommess u d-dannu subit - Ksur "suffiċjentement serju" tad-dritt Komunitarju li jivvizzja proċedura ta' verifika tal-kompatibbiltà ta' konċentrazzjoni mas-suq komuni

Dispożittiv

L-ammont ta' dannu li jista' jiġi kkumpensat imsemmi fil-punt 3 tad-dispożittiv tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej tas-16 ta' Lulju 2009, Il-Kummissjoni vs Schneider Electric (C-440/07 P, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), huwa stabbilit għas-somma ta' EUR 50 000 .

It-talba ta' Schneider Electric SA dwar l-ispejjeż hija miċħuda.

____________

1 -

2 - GU C 22, 26.01.2008.