Language of document :

Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Frar 2024 – Stanecki vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-108/24)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Rafal Stanecki (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: A. Champetier u S. Rodrigues, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli u fondat;

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u, jekk ikun neċessarju, tannulla d-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-ilment;

tikkundanna lill-konvenuta tikkumpensa d-dannu subit abbażi ta’ ammont evalwat għal EUR 50 000.

tikkundanna lill-konvenuta tikkumpensa d-dannu subit mir-rikorrent u evalwat għal EUR 50 000 kif ukoll issostni l-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu kontra d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra bi tliet partijiet dixxiplinari tat-3 ta’ Lulju 2023 li timponi fuq ir-rikorrent is-sanzjoni ta’ sospensjoni tal-avvanz fl-iskala matul perijodu ta’ tnax-il xahar, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.

1.    L-ewwel motiv ibbażat fuq żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni li jivvizzjaw numru ta’ atti preparatorji.

2.    It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 12 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem ir-“Regolamenti tal-Persunal”).

3.    It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 17a tar-Regolamenti tal-Persunal, jiġifieri ksur tad-dritt għal-libertà ta’ espressjoni rrikonoxxut ukoll fl-Artikolu 11(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

4.    Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikoli 10 u 22 tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal, jiġifieri ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.

____________