Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Marzu 2024 – Belshyna vs Il-Kunsill

(Kawża T-115/22) 1

(“Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Bjelorussja u l-involviment tal-Bjelorussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukraina – Iffriżar ta’ fondi – Lista tal-persuni, tal-entitajiet u tal-organi li għalihom japplika l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi – Inklużjoni u żamma tal-isem tar-rikorrent fil-listi – Appoġġ għar-reġim ta’ Loukachenko – Appoġġ Finanzjarju – Impriża li tappartjeni lill-Istat – Repressjoni tas-soċjetà ċivili – Żball ta’ evalwazzjoni”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Belshyna AAT (Bobrouïsk, Bjelorussja) (rappreżentanti: N. Tuominen u L. Engelen, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Boggio-Tomasaz u A. Antoniadis, avukati)

Suġġett

Permezz ta’ dan ir-rikors ibbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament, l-ewwel, tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/2125 tat‑2 ta’ Diċembru 2021 li timplimenta d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja (ĠU 2021, L 430 I, p. 16), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/2124 tat‑2 ta’ Diċembru 2021 li jimplimenta l-Artikolu 8a(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Belarussja (ĠU 2021, L 430 I, p. 1), u, it-tieni, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/421 tal‑24 ta’ Frar 2023 li temenda d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja u l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna (ĠU 2023, L 61, p. 41), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2023/419 tal‑24 ta’ Frar 2023 li jimplimenta l-Artikolu 8a tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja u l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna (ĠU 2023, L 61, p. 20), sa fejn dawn l-atti jirrigwardawha.

Dispożittiv

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/2125 tat-2 ta’ Diċembru 2021 li timplimenta d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/2124 tat 2 ta’ Diċembru 2021 li jimplimenta l-Artikolu 8a(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Belarussja, id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/421 tal 24 ta’ Frar 2023 li temenda d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja u l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna, u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2023/419 tal 24 ta’ Frar 2023 li jimplimenta l-Artikolu 8a tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja u l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna, huma annullati sa fejn dawn jikkonċernaw lil Belshyna AAT.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 171, 25.4.2022.