Language of document :

Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta' Novembru 2010 - United Phosphorus vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-95/09 R III)

"Proċeduri għal miżuri provviżorji- Direttiva 91/414/KEE - Deċiżjoni li tirrigwarda n-nuqqas ta' inklużjoni tan-napropamide fl-Anness I tad-Direttiva 91/414 -Estensjoni ta' miżura ta' sospensjoni ta' eżekuzzjoni"

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: United Phosphorus Ltd (Warrington, Cheshire, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: C. Mereu u K. Van Maldegem, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Parpala u F. Wilman, aġenti)

Suġġett

Talba għall-estensjoni tal-miżura ta' sospensioni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/902/KE, tas-7 ta' Novembru 2008, dwar in-noninklużjoni tan-napropamide fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta' awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom dik is-sustanza (ĠU L 326, p. 35)

Dispożittiv

Il-miżura ta' sospensjoni ta' eżekuzzjoni maħruġa fil-punt 1 tad-dispożittiv tad-digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali, tat-28 ta' April 2009, United Phosphorus vs Il-Kummissjoni (T-95/09 R, li mhux ippubblikat fil-Ġabra) hija estiża sal-31 ta' Diċembru 2001, iżda mhux iktar tard mill-jum tal-adozzjoni tad-deċiżjoni fil-kawża prinċipali jekk din issir qabel din id-data.

L-ispejjeż huma rriżervati.

T

____________