Language of document : ECLI:EU:T:2010:14





Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Jannar 2010 – United Phosphorus vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-95/09 R II)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Direttiva 91/414/KEE – Deċiżjoni dwar in‑nuqqas ta’ inklużjoni tan-napropamide fl-Anness I tad-Direttiva 91/414 – Proroga ta’ miżura ta’ sospensjoni tal-eżekuzzjoni”

Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Kundizzjonijiet għall-għoti - Talba għall-proroga ta’ miżura ta’ sospensjoni tal-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni ta’ nuqqas ta’ inklużjoni ta’ sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva 91/414 (Artikolu 278 TFUE) (ara l-punti 4, 11-15)

Suġġett

Talba intiża sabiex tinkiseb proroga ta’ miżura ta’ sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal‑Kummissjoni 2008/902/KE, tas-7 ta’ Novembru 2008, dwar in-noninklużjoni tan-napropamide fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta’ awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom dik is‑sustanza (ĠU L 326, p. 35).

Dispożittiv

1)

Il-miżura ta’ sospensjoni tal-eżekuzzjoni ordnata fil-punt 1 tad-digriet tal‑President tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-28 ta’ April 2009, United Phosphorus vs Il-Kummissjoni (T-95/09 R, mhux ippubblikata fil-Ġabra) hija pprorogata sat-30 ta’ Novembru 2010, mingħajr madankollu ma din tkun tista’ tiġi pprorogata wara d-data li fiha tingħata d-deċiżjoni għall‑kawża prinċipali jew wara d-data tat-tlestija formali tal-proċedura aċċellerata mibdija fir-rigward tan-napropamide skont l-Artikolu 13 tar‑Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 33/2008, tas-17 ta’ Jannar 2008, li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tad-Direttiva tal‑Kunsill 91/414/KEE fir-rigward ta’ proċedura regolari u aċċellerata għall-valutazzjoni ta’ sustanzi attivi li kienu jagħmlu parti mill-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) ta’ din id-direttiva iżda li ma ġewx inklużi fl-Anness I tagħha (ĠU L 15, p. 5).

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.