Language of document :





Digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tas-7 ta’ Lulju 2011 – Acetificio Marcello de Nigris vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-351/09)

“Rikors għal annullament – Reġistrazzjoni ta’ indikazzjoni ġeografika protetta – Nuqqas ta’ interess individwali – Inammissibbiltà”

1.                     Rikors għal annullament - Persuni fiżiċi jew ġuridiċi - Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment - Possibbiltà li rikors ippreżentat qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona jiġi bbażat fuq ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE - Assenza (ir-raba’ u l-ħames paragrafu tal-Artikolu 230 KE; ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE) (ara l-punt 57)

2.                     Rikors għal annullament - Persuni fiżiċi jew ġuridiċi - Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment – Regolament li jirrigwarda r-reġistrazzjoni ta’ ċerti denominazzjonijiet fir-“Reġistru tad-denominazzjonijiet ta’ l-oriġini protetti u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti” - Protezzjoni tal-indikazzjoni ġeografika “Aceto balsamico di Modena” - Rikors ta’ produttur stabbilit barra mill-provinċi li huma s-suġġett tar-reġistrazzjoni - Nuqqas ta’ drittijiet miksuba speċifiċi għal dan il-produttur - Inammissibbiltà (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 230 KE u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 249 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 510/2006, Artikolu 13(1) (ara l-punti 59-70)

3.                     Unjoni Ewropea - Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità tal-atti tal-istituzzjonijiet - Atti ta’ portata ġenerali - Protezzjoni mogħtija mill-qrati nazzjonali, fin-nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-qorti tal-Unjoni - Regolament Nru 2081/92 - Nuqqas ta’ impenn tal-proċedimenti ta’ oppożizzjoni għal applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ indikazzjoni ġeografika, prevista mir-regolament, u l-preżentata konsekuttiva ta’ rikors quddiem il-qrati nazzjonali - Ksur tad-dritt għal rimedju ġudizzjarju effettiv - Assenza (Artikolu 230 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 2081/92, Artikolu 5(5) u (7) (ara l-punti 73, 75-79)

Suġġett

Talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 583/2009, tat-3 ta’ Lulju 2009, li jintroduċi denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet tal-oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Aceto Balsamico di Modena (IGP)] (ĠU L 175, p. 7).

Dispożittiv

1)

Id-dispożittiv huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal intervent tal-Consorzio Filiera Aceto Balsamico di Modena.

3)

Acetificio Marcello de Nigris Srl għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.

4)

Ir-Repubblika Taljana u l-Consorzio Filiera Aceto Balsamico di Modena għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.