Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta' Lulju 2010 - PAGO International vs UASI - Tirol Milch (Pago)

(Kawża T-349/09) 1

"Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' revoka - Annullament tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell - Tmiem tas-suġġett tal-kawża - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni"

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: PAGO International GmbH (Klagenfurt, l-Awstrija) (rappreżentanti: C. Hauer u C. Schumacher, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Tirol Milch reg. Gen. mbH Innsbruck (Innsbruck, l-Awstrija)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI tal-1 ta' Lulju 2009 (Każ R 864/2008-4), dwar proċedimenti ta' revoka bejn Tirol Milch reg. Gen. mbH Innsbruck u PAGO International GmbH.

Dispożittiv

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

L-Uffiċċju għall Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 267, 07.11.2009.