Language of document :

Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Awwissu 2012 – Bitiqi et vs Il-Kummissjoni et

(Kawża T-410/13)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Burim Bitiqi (Londra, ir-Renju Unit); Arlinda Gjebrea (Prishtina, ir-Repubblika tal-Kosovo); Anna Gorska (Varsavja, il-Polonja); Agim Hajdini (Londra); Josefa Martínez Estéve (Valencia, Spanja); Denis Vasile Miron (Bukarest, ir-Rumanija); James Nicholls (Swindon, ir-Renju Unit); Zornitsa Popova Glodzhani (Varna, il-Bulgarija); Andrei Mihai Popovici (Bukarest); u Amaia San José Ortiz (Llodio, Spanja) (rappreżentanti: A. Coolen, J.-N. Louis, É. 

Marchal u D. Abreu Caldas, avukati)Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea; Eulex Kosovo; u s-Servizz Ew

ropew għall-Azzjoni Est

erna (SEAE) Talbiet

tar-rikorrentitaqta’ u tiddeċiedi,li id-deċiżjonijiet tas-27 ta’ Mejju u tat-2 ta’ Lulju 2013 li ma jiġġedditx il-kuntr

att tar-rikorrenti, huma annullati;il-konvenu

ta hija kkundannata għall-ispe

jjeż.Motivi u argumenti prinċipaliInsostenn tar-rikors tagħhom, i

r-rikorrenti jinvokaw ħames motivi.L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ konsultazzjoni mar-rappreżentanti tal-persunal, peress li l-persunal ġie informat bil-konsegwenzi tad-deċiżjoni ta’ ristrutturar tal-missjoni Eulex Kosovo biss wara li d-deċiżjoni ttieħdet u peress li l-ġerarkija opponiet għal konsultazzjoni ma’ rappreżentant sindakali.It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-protezzjoni tal-ħaddiema fil-kuntest ta’ tkeċċija kollettiva, sa fejn għandu jiġi applikat fir-rigward ta’ kull persuna mkeċċija d-dritt fis-seħħ fl-Istat Membru ta’ oriġini tagħhom liema fatt jimplika disparità kbira tar-regoli u tal-protezzjoni mogħtija. It-tielet motiv ibbażat fuq abbuż ta’ dritt fl-użu suċċessiv ta’ kuntratti għal żmien determinat.Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni bejn il-kategoriji ta’ ħaddiema “seconded” u “contracted”, sa fejn fir-realtà l-abolizzjoni ta’ pożizzjonijiet tikkonċerna esklużivament biss lil ħaddiema li jaqgħu taħt il-persunal “contracted”, peress li l-persunal “seconded” ġie offrut possibbiltajiet ta’ riallokazzjoni.Il-ħames motiv, li jikkonċerna lil waħda mir-rikorrenti, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 8 tal-Karta Soċjali Ewropea, peress li r-rikorrenti ġiet informata bid-deċiżjoni kkontestata waqt li kienet tqila u fuq leave tal-maternità.