Language of document : ECLI:EU:T:2015:163

Kawża T‑412/13

Chin Haur Indonesia, PT

vs

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

“Dumping – Importazzjonijiet ta’ roti mibgħuta mill-Indoneżja, mill-Malasja, mis-Sri Lanka u mit-Tuneżija – Estensjoni, għal dawn l-importazzjonijiet, tad-dazju antidumping definittiv stabbilit fuq l-importazzjonijiet ta’ roti li joriġinaw miċ-Ċina – Evażjoni – Nuqqas ta’ kooperazzjoni – Artikoli 13 u 18 tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 – Obbligu ta’ motivazzjoni – Żball ta’ evalwazzjoni”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tad-19 ta’ Marzu 2015

1.      Politika kummerċjali komuni – Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping – Żvolġiment tal-investigazzjoni – Setgħat tal-Kummissjoni – Limiti – Obbligu tal-kooperazzjoni ta’ impriżi intiżi minn ilment – Portata

(Regolament tal-Kunsill Nru 1225/2009)

2.      Politika kummerċjali komuni – Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping – Evażjoni – Determinazzjoni ta’ evażjoni – Spedizzjoni tal-prodott suġġett għal miżuri antidumping tramite pajjiżi terzi – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Ċirkutanzi li ma jippermettux li jiġi konkluż li jeżistu trażbordi

(Regolament tal-Kunsill Nru 1225/2009, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 13(1) u l-Artikolu 13(2))

3.      Politika kummerċjali komuni – Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping – Żvolġiment tal-investigazzjoni – Użu ta’ data disponibbli fil-każ ta’ rifjut ta’ ta’ kooperazzjoni tal-impriża – Kundizzjonijiet – Natura alternattiva

(Regolament tal-Kunsill Nru 1225/2009, Artikolu 18(1))

4.      Politika kummerċjali komuni – Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping – Żvolġiment tal-investigazzjoni – Użu ta’ data disponibbli fil-każ ta’ rifjut ta’ ta’ kooperazzjoni tal-impriża – Kundizzjonijiet – Informazzjoni falza jew qarrieqa – Neċessità ta’ aġir intenzjonali – Assenza

(Regolament tal-Kunsill Nru 1225/2009, Artikolu 18(1))

5.      Politika kummerċjali komuni – Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping – Żvolġiment tal-investigazzjoni – Użu ta’ data disponibbli fil-każ ta’ rifjut ta’ ta’ kooperazzjoni tal-impriża – Kundizzjonijiet – Irċevuta ta’ żjara ta’ verifika – Ċuirkustanza li ma timplikax għaliha stess konstatazzjoni ta’ kooperazzjoni leali u diliġenti

(Regolament tal-Kunsill Nru 1225/2009, Artikolu 18(1))

6.      Politika kummerċjali komuni – Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping – Żvolġiment tal-investigazzjoni – Teħid inkunsiderazzjoni ta’ informazzjoni li ma kinitx l-aħjar waħda possibbli fl-aspetti kollha – Kundizzjonijiet – Natura kumulattiva

(Regolament tal-Kunsill Nru 1225/2009, Artikolu 18(3))

7.      Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Deċiżjoni li jsir użu mid-data disponibbli fil-każ ta’ rifjut ta’ kooperazzjoni tal-impriża suġġetta għal investigazzjoni antidumping – Obbligu tal-istituzzjonijiet li juru l-użu tal-aħjar data possibbli – Assenza

(Artikolu 296 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1225/2009, Artikolu 18(1))

8.      Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Proporzjonalità – Natura proporzjonata ta’ miżura – Kriterji ta’ evalwazzjoni

9.      Politika kummerċjali komuni – Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping – Evażjoni – Prova tal-eżistenza ta’ dumping marbuta mal-valuri normali stabbiliti waqt investigazzjoni inizjali – Determinazzjoni tal-prezz ta’ esportazzjoni – Obbligu li jintuża l-iktar metodu xieraq

(Regolament tal-Kunsill Nru 1225/2009, Artikolu 13(1))

1.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 64, 80)

2.      Fi-rrigward tad-determinazzjoni tal-eżistenza ta’ evażjoni ta’ miżuri antidumping fis-seġġ, fil-forma tal-ispedizzjoni tal-prodoott suġġett għall-imsemmija miżuri tramite pajjiżi terzi, fis-sens tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament Bażiku Antidumping Nru 1225/2009, la mill-imsemmi regolament u lanqas mill-ġurisprudenza ma jirriżulta li l-fatt li l-esportatur ma setax juri li kien prodottur tal-prodott simili jew li kien jissodisfa l-Artikolu 13(1) tar-Regolament Bażiku Antidumping Nru 1225/2009 jippermetti lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni li jikkonkludu, awtomatikament, li jeżistu trażbordi magħmula mill-imsemmi esportatur.

(ara l-punt 105)

3.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 111)

4.      F’dak li jikkonċerna l-possibbiltà li jsir użu mid-data disponibbli meta parti tipprovdi informazzjoni falza jew qarrieqa, it-tieni sentenza tal-Artikolu 18(1) tar-Regolament Bażiku Antidumping Nru 1225/2009 ma teħtieġx aġir intenzjonali.

F’dan ir-rigward, il-livell tal-isforzi magħmula minn persuna interessata sabiex tippreżenta ċerta informazzjoni mhux bilfors huwa marbut mal-kwalità intrinsika tal-informazzjoni mogħtija, u fi kwalunkwe każ, ma huwiex l-uniku element determinanti. Għalhekk, jekk l-informazzjoni mitluba finalment ma tinkisibx, il-Kummissjoni jkollha d-dritt tagħmel użu mid-data disponibbli fir-rigward tal-informazzjoni mitluba.

(ara l-punt 122)

5.      Fil-kuntest ta’ investigazzjoni antidumping, huma l-istituzzjonijiet tal-Unjoni li għandhom jiddeċiedu jekk, għall-finijiet tal-verifika tal-informazzjoni pprovduta minn parti interessata, huma jikkunsidrawx li huwa meħtieġ li din l-informazzjoni tiġi kkorroborata permezz ta’ żjara ta’ verifika fil-bini fejn topera din il-parti u li, f’sitwazzjoni fejn parti interessata tostakola l-verifika tad-data li tkun ipprovdiet, jiġi applikat l-Artikolu 18 tar-Regolament Bażiku Antidumping Nru 1225/2009 u d-data disponibbli tkun tista’ tintuża.

F’dan ir-rigward, minkejja li rifjut li tiġi aċċettata żjara ta’ verifika jmur kontra l-għan ta’ kooperazzjoni leali u diliġenti li l-Artikolu 18(1) tar-Regolament Bażiku jfittex li jiżgura l-osservanza tiegħu, il-fatt li wieħed jissuġġetta ruħu għaliha ma jistax iwassal, fih innifsu, għal konstatazzjoni ta’ kooperazzjoni.

F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-fatt li ppreżentat formola ta’ eżenzjoni, imbagħad verżjoni riveduta, kif ukoll il-fatt li laqgħet lill-aġenti tal-Kummissjoni matul iż-żjara ta’ verifika ma huwiex biżżejjed sabiex iwassal għal konstatazzjoni ta’ kooperazzjoni jew għall-obbligu fuq l-istituzzjonijiet tal-Unjoni li jieħdu inkunsiderazzjoni informazzjoni dgħajfa.

(ara l-punti 123, 124)

6.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 125)

7.      Fil-kuntest ta’ investigazzjoni antidumping, fir-rigward ta’ deċiżjoni li tintuża d-data disponibbli fil-każ ta’ rifjut ta’ kooperazzjoni tal-impriża, la mill-Artikolu 18(1) tar-Regolament Bażiku Antidumping Nru 1225/2009 u lanqas mill-ġurisprudenza ma jirriżulta li l-istituzzjonijiet ikkonċernati għandhom jimmotivaw fiex id-data disponibbli użata kienet l-aħjar waħda possibbli.

(ara l-punti 130, 139)

8.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 144)

9.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 149, 150, 152, 153)