Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ April 2013 – Irish Music Rights Organisation vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-415/08) 1

(“Kompetizzjoni – Akkordji – Drittijiet tal-awtur dwar l-eżekuzzjoni lill-pubbliku ta’ xogħlijiet mużikali bl-internet, bis-satellita u bit-trażmissjoni mill-ġdid bil-cable – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE – Tqassim tas-suq ġeografiku – Ftehim bilaterali bejn is-soċjetajiet għall-amministrazzjoni kollettiva nazzjonali – Prattika miftiehma li teskludi l-possibbiltà li jingħataw liċenzji multiterritorjali u multirepertorjali – Prova – Preżunzjoni ta’ innoċenza”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Irish Music Rights Organisation Ltd (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentanti: M. Favart, avukat, u D. Collins, solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre u J. Bourke, aġenti)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti : International Confederation of Societies of Authors and Composers (CISAC) (Neuilly-sur-Seine, Franza) (rappreżentanti: J. F. Bellis u K. Van Hove, avukati); u European Broadcasting Union (EBU) (Grand-Saconnex, l-Isvizzera) (rappreżentanti: D. Waelbroeck, avukat, u D. Slater, solicitor)SuġġettTalba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 3435 finali, tas-16 ta’ Lulju 2008, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/C2/38.698 – CISAC).DispożittivL-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 3435 finali, tas-16 ta’ Lulju 2008, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/C2/38.698 – CISAC), huwa annullat, sa fejn dan jikkonċerna lil Irish Music Rights Organisation Ltd.Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.