Language of document :

Digriet tal-Imħallef għal miżuri provviżorji tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta' Ottubru 2011 - Qualitest FZE vs Il-Kunsill

(Kawża T-421/11 R)

"Proċeduri għal miżuri provviżorji - Politika barranija u ta' sigurtà komuni- Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran bil-għan li tiġi evitata l-proliferazzjoni nukleari - Iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi - Talba għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta' urġenza"

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Qualitest FZE (Dubai, l-Emirati Għarab Magħquda) (rappreżentanti: M. Catrain González, avukat, E. Wright u H. Zhu, barristers)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Marhic u R. Liudvinaviciute-Cordeiro, aġenti)

Suġġett

Talba għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni, fir-rigward tar-rikorrenti, minn naħa waħda, tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 503/2011, tat-23 ta' Mejju 2011, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 961/2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU 2011, L 136, p. 26) u min-naħa l-oħra, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/299/PESK, tat-23 ta' Mejju 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU 2011, L 136, p. 65).

Dispożittiv

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)    L-ispejjeż huma rriżervati.

____________