Language of document : ECLI:EU:T:2011:566

TraductionDOCMTREFT0422201120120972502_00TRA-DOC-MT-REF-T-0422-2011-201209725-02_00.docFileManagerDocument non structuré26/11/2012COR§9;pos=2041:lng=FRFFAR@TRA-DOC-MT-REF-T-0422-2011-201209725-06_00«»Doc2XML TRAD 2003C:\Program Files\Doc2XML\xml\Serveur_TRAD.xmlO:\Flux\Conversion\doc2xml\In\

tdbcjeDigriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Ottubru 2011 – Computer Resources International (il-Lussemburgu) vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-422/11 R)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Kuntratti pubbliċi – Proċedura ta’ sejħa għal offerti – Ċaħda ta’ offerta – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Telf ta’ opportunità – Assenza ta’ dannu gravi u irreparabbli – Nuqqas ta’ urġenza”

Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-għoti - Fumus boni juris - Urġenza - Dannu gravi u irreparabbli - Natura kumulattiva - Ordni ta’ eżami u metodu ta’ verifika - Setgħa diskrezzjonali tal-Imħallef għal miżuri provviżorji (Artikoli 256(1) TFUE, 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 14, 15)

Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Kundizzjonijiet għall-għoti - Urġenza - Dannu gravi u irreparabbli - Oneru tal-prova - Dannu finanzjarju - Sitwazzjoni li tista’ tipperikola l-eżistenza tal-kumpannija rikorrenti - Evalwazzjoni fid-dawl tas-sitwazzjoni tal-grupp ta’ appartenenza (Artikolu 278 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 19-22, 28-31, 33)

Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Kundizzjonijiet għall-għoti - Urġenza - Dannu gravi u irreparabbli - Dannu finanzjarju - Dannu li jista’ jingħata kumpens totali fil-kuntest ta’ rikors għad-danni - Assenza ta’ natura irreparabbli (Artikoli 268 TFUE, 278 TFUE u 340 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 26, 27)

Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-għoti - Urġenza - Dannu gravi u irreparabbli - Deċiżjoni ta’ esklużjoni ta’ offerent minn proċedura ta’ sejħa għal offerti - Dannu għar-reputazzjoni tiegħu - Dannu li ma jistax jitqies li huwa irreparabbli (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punt 38)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, tat-22 ta’ Lulju 2011, li, minn naħa, tiċħad l-offerti ppreżentati mir-rikorrenti fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti AO 10340, li tikkonċerna l-provvista ta’ servizzi informatiċi ta’ żvilupp u manutenzjoni ta’ softwer, konsulenza u assistenza għal tipi differenti ta’ applikazzjonijiet tat-teknoloġija tal-informatika (ĠU 2011/S 66‑106099), u, min-naħa l-oħra, tinforma lir-rikorrenti li l-kuntratt-qafas relattiv għall-kuntratt inkwistjoni ngħata lil offerenti oħra.

Dispożittiv

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

L-ispejjeż huma rriżervati.