Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Settembru 2014 – Il-Greċja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-425/11) 1

(“Għajnuna mill-Istat – Każinojiet Griegi - Skema li tipprovdi għal piż ta’ 80 % fuq biljetti tal-ammissjoni ta’ ammonti differenti- Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern - Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat – Vantaġġ”)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: P. Mylonopoulos u K. Boskovits, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Triantafyllou, H. van Vliet u M. Konstantinidis, aġenti)

Suġġett

Talba għal annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/716/UE, tal-24 ta’ Mejju 2011, dwar Għajnuna mill-Istat mogħtija mill-Greċja lil ċerti każinojiet Griegi (Il-miżura ta’ Għajnuna mill-Istat C 16/10 (ex NN 22/10, ex CP 318/09)) (ĠU L 285, p. 25).DispożittivId-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/716/UE, tal-24 ta’ Mejju 2011, dwar Għajnuna mill-Istat mogħtija mill-Greċja lil ċerti każinojiet Griegi (Il-miżura ta’ Għajnuna mill-Istat C 16/10 (ex NN 22/10, ex CP 318/09)) hija annullata.Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, l-ispejjeż tar-Repubblika Ellenika.