Language of document : ECLI:EU:T:2014:927

Kawża T‑422/11

Computer Resources International (Luxembourg) SA

vs

Il-Kummissjoni Ewropea

“ Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Provvista ta’ servizzi informatiċi għall-iżvilupp u manutenzjoni ta’ softwer, ta’ konsulenza u ta’ assistenza għal tipi differenti ta’ applikazzjonijiet informatiċi — Ċaħda tal-offerta ta’ offerent — Offerta anormalment baxxa — Artikolu 139(1) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002 — Obbligu ta’ motivazzjoni — Għażla tal-bażi legali — Użu ħażin ta’ poter”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) tal-5 ta’ Novembru 2014

1.      Kuntratti pubbliċi tal-Unjoni Ewropea — Konklużjoni ta’ kuntratt wara sejħa għal offerti — Setgħa diskrezzjonali tal-istituzzjonijiet — Stħarriġ ġudizzjarju — Limiti

2.      Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata — Deċiżjoni, fil-kuntest tal-proċedura għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku għal servizzi, li ma tintgħażilx offerta — Obbligu li jiġu kkomunikati, wara talba bil-miktub, il-karatteristiċi u l-vantaġġi relatati mal-offerta magħżula kif ukoll l-isem tal-offerent magħżul — Evalwazzjoni fid-dawl tal-informazzjoni għad-dispożizzjoni tar-rikorrenti fil-mument tal-preżentata tar-rikors

(It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 296 TFUE ; Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002, Artikolu 100(2); Regolament tal-Kummissjoni Nru 2342/2002, Artikolu 149)

3.      Kuntratti pubbliċi tal-Unjoni Ewropea — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Deċiżjoni ta’ ċaħda ta’ offerta — Obbligu ta’ motivazzjoni — Portata

(Regolament tal-Kumissjoni Nru 2342/2002, Artikoli 147(3) u 149)

4.      Kuntratti pubbliċi tal-Unjoni Ewropea — Konklużjoni ta’ kuntratt wara sejħa għal offerti — Offerta anormalment baxxa — Obbligu tal-awtorità kontraenti li tisma’ l-offerent

(Regolament tal-Kummissjoni Nru 2342/2002, Artikolu 139(1))

5.      Kuntratti pubbliċi tal-Unjoni Ewropea — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Possibbiltà għal offerent li jemenda l-offerta inizjali tiegħu fl-istadju tal-evalwazzjoni tal-offerti mill-awtorità kontraenti — Esklużjoni

(Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002, Artikolu 99; Regolament tal-Kummissjoni Nru 2342/2002, Artikolu 148)

6.      Proċedura ġudizzjarja — Tressiq ta’ motivi ġodda fil-mori tal-kawża — Motiv imqajjem l-ewwl darba fl-istadju tar-replika — Inammissibbiltà

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikoli 44(1)(c) u 48(2))

7.      Rikors għal annullament — Motivi — Użu ħażin ta’ poter — Kunċett

(Artikolu 263 TFUE)

1.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 20)

2.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 24, 26-28)

3.      Għalkemm l-Artikolu 147(3), tar-Regolament Nru 2342/2002, li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002 fuq ir-Regolamenti Finanzjaru li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej, jispeċifika l-informazzjoni li għandha tinsab fid-deċiżjoni ta’ għoti tal-kuntratt, din id-dispożizzjoni ma tipprovdix li dawn għandhom ikunu speċifikati fl-ittra li tikkomunika l-kontenut tal-imsemmija deċiżjoni lill-offerenti mhux magħżula. Il-komunikazzjoni bejn l-awtorità kontraenti u l-offerenti, b’mod partikolari dawk mhux magħżula, kif ukoll il-kontenut ta’ din il-komunikazzjoni huma, fil-fatt, irregolati mill-Artikolu 149 tar-Regolament Nru 2342/2002. Għaldaqstant, l-imsemmi Artikolu 147 huwa irrilevanti sabiex ikun determinat il-kontenut tal-obbligu ta’ motivazzjoni li għandha l-awtorità kontraenti, fir-rigward tal-offerent mhux magħżul, rigward l-ittra li tikkomunikalu l-kontenut tad-deċiżjoni tal-awtorità kontraenti.

(ara l-punt 45)

4.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 57)

5.      Skont l-Artikolu 99 tar-Regolament Nru 1605/2002, fuq ir-Regolamenti Finanzjaru li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej, u l-Artikolu 148 tar-Regolament Nru 2342/2002, li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tal-imsemmi regolament finanzjarja, il-modifika tal-offerta ta’ offerent ma tistax tiġi aċċettata, fl-istadju tal-evalwazzjoni tal-offerti, mill-awtorità kontraenti, meta l-imsemmija dispożizzjonijiet jipprojbixxu l-modifika tat-termini tal-offerta oriġinali.

(ara l-punt 87)

6.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 94)

7.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 110)