Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta' Novembru 2011 - Sniace vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-238/09) 

"Għajnuna mill-Istat - Ftehim dwar ir-ristrutturar ta' djun - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna bħala inkompatibbli mas-suq komuni - Obbligu ta' motivazzjoni"

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Sniace, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: F. J. Moncholí Fernández u S. Rating, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: C. Urraca Caviedes, aġent)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/612/KE, tal-10 ta' Marzu 2009, dwar il-miżura C 5/2000 (ex NN 118/97) implimentata minn Spanja b'vantaġġ għal SNIACE SA, li tinsab f'Torrelavega, Cantabria, u li temenda d-Deċiżjoni 1999/395/KE (ĠU L 210, p. 4)

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Sniace, SA hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.

____________

1 - ĠU C 193. 15.08.2009.